Biedja Organika f’Malta

Informazzjoni dwar il-biedja organika f’Malta hi ftit skarsa. Anzi ma teżistix. Ħarsa lejn l-istatistika agrikola  ippubblikata mill-NSO tagħti risposta interessanti : l-ebda referenza. L-aħħar statistika agrikola ppubblikata mill-NSO hi għas-sena 2006.

 

Allura kien f’waqtu l-artiklu żgħir tal-Economist fis-26 ta’ Ġunju li għadda intitolat Organic Land Management 

 

Minn dan ir-rapport insiru nafu li l-iktar pajjiżi akkaniti fl-Ewropa għall-biedja organika huma l-Isvizzera bi ftit iktar minn 10% tal-art agrikola mogħtija għall-biedja organika. Warajhom il-ġirien Awstrijaċi. Bi ftit inqas minn 10%. Il-medja fl-Unjoni Ewropeja (b’25 pajjiż) hi ta’ 4% tal-art agrikola mogħtija għall-biedja organika. Malta terġa’ ma tissemmiex. 

Kelli nfittex fl-istatistika tal-EU, Eurostat biex insib ftit informazzjoni. Hawn sibt risposta. Malta qegħda fl-aħħar post : 0.1% tal-art agrikola f’Malta hi mogħtija għall-biedja organika.

Żmien ilu kien twaqqaf kumitat insejjaħ Organic Farming Committee biex iħejji ftit u jfassal l-istrateġija għall-biedja organika f’Malta. Dan il-kumitat kellu studju imħejji mill-Istitut Agronomiku Mediterranju ta’ Bari. L-ismijiet ta’ dawk li kienu fil-kumitat huma pubblici. Ir-riżultati iżda (ta’ l-inqas s’issa) għadhom ma jidhrux.

Naraw ftit kemm għad irridu nistennew.

2 comments on “Biedja Organika f’Malta

  1. Li naf zgur hu meta kien hemm il-kwistjoni tal-wied tal-Kalkara kien hemm studenti u gradwati interessanti f’biedja organika. U jisthoqqilhom kull rispett.
    Jekk il-progett taghom giex imkisser minn l-izvilupp imxajtan ma nafx. Jekk iva hi haga vera tal-misthija li ghandek zaghzagh qed jippruvaw xi haga gdida ghal pajjiz u teqridielhom

  2. Someone from the Agricultural Department should respond…or from the relevant Ministry. I believe that not just Organic Agriculture needs a shot in the arm but also Agriculture in general needs more government aid…and planning. Our youth shy away from agriculture, much good agriculture land has been lost for ever…all this bodes badly for us all. The prices for food and agricultural produce worlwide keep increasing relentlessly. I urge the authorities to heed all this and to take serious action immediately.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s