Il-bram

 

 

Tingiża ta’ brama iddejjaqna meta f’dawn il-ġranet immorru għall-għawm.

 

Il-multiplikazzjoni ta’ dan il-bram sena wara l-oħra huwa sinjal tan-natura li hemm xi ħaġa fl-ibħra li m’hiex f’postha.  

 

Din hi problema kbira għat-turiżmu fil-Mediterran.

 

Il-kawża hi s-sajd bla rażan matul is-snin.

 

Il-ħut li jieklu l-bram naqsu sew u bħala konsegwenza ma baqax xi jrażżan lill-bram.

 

It-turiżmu ukoll jiddependi fuq kemm nirrispettaw lin-natura !

L-MLP u l-proposti tal-AD dwar is-“surcharge”

 

Arnold Cassola, Chairperson ta’ AD flimkien mad-Deputati Chairpersons Mario Mallia u Stephen Cachia il-bieraħ iltaqgħu mat-tmexxija tal-Partit Laburista fil-Ħamrun. Min-naħa tal-Partit Laburista kienu preżenti l-Mexxej Dr. Joseph Muscat, id-Deputati Mexxejja Dr. Toni Abela u Dr. Anġlu Farrugia u s-Segretarju Ġenerali Jason Micallef.

Fl-istqarrijiet li nħarġu mill-AD u l-MLP ġew imfissra l-posizzjonijiet taż-żewġ naħat.

Ġew diskussi l-kriżi fil-prezzijiet ta’ l-ikel u ż-żejt u kif din qed taffettwa l-livell ta’ l-għixien ta’ l-impjegati u specjalment dawk ta’ dħul baxx u medju.  

Imma ġie diskuss ukoll kif il-mekkaniżmu tas-surcharge jista’ jkun aktar ġust billi jippremja lil min juża l-enerġija b’mod għaqli minflok kif inhu bħalissa fejn kulħadd iħallas l-istess rata ta’ surcharge irrispettivament mill-konsum.

Il-Mexxej tal-MLP emfasizza illi l-proposta tal-AD fl-aħħar elezzjoni, u ċjoe li s-surcharge m’għandiex titħallas bl-istess mod minn kulħadd, iżda li għandha tkun tiffavurixxi lil min ma jaħlix hi bażi tajba għal diskussjoni fil-pajjiż.

 

Ovvjament (ngħid jien) m’huwiex possibli illi s-surcharge titnaqqas bin-nofs, b’daqqa ta’ pinna. Min jaħli għandu jerfa’ l-piż iżda min jieħu l-prewkazzjonijiet biex ma jaħlix għandu jkun ippremjat.

Tajjeb li l-MLP qiegħed jirrikonoxxi l-proposti tajbin tal-AD .

Issa nistennew x’ser jagħmel il-Gvern, li ħabbar li qiegħed jikkonsidra jekk u kif ser jirrevedi t-tariffi u/jew is-surcharge fuq id-dawl u l-ilma.  Nittamaw li hu ukoll jiftaħ għajnejh għall-proposti tal-AD li saru u huma fl-interess tal-pajjiż.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sustainable Localities & Regionalisation

published on 21 June 2008

 

by Carmel Cacopardo

_________________________________________________________________________________________________

To what extent are our localities sustainable ? This issue was brought up in pre-budget public discussions organised by the Ministry of Finance. The idea was floated as to what extent is it desirable to attract business to non-traditional localities in view of the fact that in 2007 six localities (Valletta, Sliema, Birkirkara, Mosta, St Paul’s Bay and Victoria) attracted 30 per cent of the 56,811 enterprise units functioning within these shores.

It was stated that the benefits of spreading the enterprise units (existing and new ones) in non-traditional areas would include the reduction of travelling time between home and work. This may also, however, shift traffic congestion depending on the type of enterprise involved, the resulting intensity of activity and the localities affected. A need for infrastructural improvements could build up in the newly-identified areas relative to road network, supply of water and electrical power as well as waste disposal. Dependent on the type of enterprise attracted, the friction between competing land uses would also be brought closer to a larger number of residences, possibly squeezing out residents in the process.

The discussion as to what makes a locality sustainable is healthy as it focuses on the maxim “think global, act local”, signifying that, while environmental impacts are being felt at a global (or regional) level, they are, however, created at a local level where remedial action should be taken.

Localities in other countries address sustainability at a local level through implementing what is known as Local Agenda 21. As a result of the Earth Summit, held in Rio de Janeiro in 1992 the United Nations approved a document entitled Agenda 21. A Blueprint For Action For Global Sustainable Development Into The 21st Century.

In this document the issues to be addressed in order to assist in the transition from the existing mess to a more sustainable state of affairs are explained in 40 sections, section 28 addressing the role of local authorities. It is stated that “Because so many of the problems and solutions being addressed by Agenda 21 have their roots in local activities, the participation and cooperation of local authorities will be a determining factor in fulfilling its objectives”.

The experience of local authorities in other countries provides many examples. It highlights the difficulty created by size and, consequently, points to the question as to whether in Malta we require another layer of democratic institutions, at regional level, to which a number of responsibilities could be devolved: some currently pertaining to the national government, others to local authorities. This would be in addition to local councils, complementing their functions and, thereby, reinforcing the devolution of public administration.

Regionalisation has already been referred to in the past months as one of the possible solutions to the management of waste on the island.

This argument cropped up when addressing the issue as to whether the Sant’Antnin recycling plant at Marsascala should process all the solid waste generated on the island or whether it should be one of a number still to be determined. Within that context the proposal was made that the management of waste should be regionalised thereby applying the proximity principle to waste management: that is managing the waste generated as close as possible to its source.

Regionalising waste management would create a more visible link between cause and effect, thereby contributing to a more effective management of waste in these islands. The regional authority would assume the role of the operator, with the central government taking on the role of the regulator.

Subsidiarity would also be given a realistic opportunity to succeed as the difficulties encountered by some local councils due to a lack of economies of scale could be effectively tackled in most if not in all cases.

A proposal for the identification of the regions is already indirectly available. This is contained in the seven Mepa Local Plans, namely: the Grand Harbour Region, the Southern Region, the Central Region, the North West Region, the North Harbour Region, the Marsaxlokk Bay Region, Gozo and Comino.

Regional government could devolve responsibility for agriculture, education, land use planning (local plan implementation), projects of a regional importance, the administration of regional sports complexes, regional health centres, inter- and intra-regional transport and social security from national government. Local government could shed responsibility for waste management, the cleaning of non urban areas and the maintenance and management of beaches, which could be a regional responsibility.

The sustainability of our localities is intrinsically linked to their further democratisation. Creating an additional democratic layer and assigning specific responsibilities thereto would help in the amelioration of the running of this country. It would increase accountability as well as ensure more value for the taxpayer’s money.

Riklami dwar il-karozzi

 

 

 

Il-battalja għall-bejgħ tal-karozzi tkompli.

 

Fil-Belġju l-awtorita li tirregola r-reklami ddeċidiet illi reklam dwar it-Toyota Prius kien jisgwida (misleading).

 

Din hi t-tieni darba fi spazju ta’ ftit xhur li qed jingħata ruling bħal dan. F’dan il-blog f’post intitolat Riklami riklam simili tat-Toyota Prius kien ukoll deskritt bħala li jisgwida.

 

Il-battalja għal min jidher li hu l-iktar sensittiv għall-impatti ambjentali għaddejja u tiħrax iktar.

 

Ir-riflessjoni tiegħi hi waħda. Iktar milli naħsbu f’liema hi dik il-karozza li timpatta l-inqas fuq l-ambjent, ikun tajjeb li nifhmu li kollha kemm huma jagħmlu effett. F’pajjiż bħal tagħna fejn id-distanzi huma żgħar għandna vantaġġ li bi transport pubbliku organizzat tajjeb nistgħu ngħaddu mingħajr karozzi privati. Għax ikun vernament “b’tal-linja jaqbillek”.    

Awrinar li jaħdem bla ilma

 

Fi żmien ta’ nuqqas ta’ ilma kullimkien fid-dinja, hi f’waqtha l-invenzjoni tal-kumpanija Svizzera Urimat li topera f’Feldbach ħdejn Lake Zurich. L-invenzjoni hi awrinar (urinal) li jaħdem bla ilma ! Immaġinaw ftit kemm-il biljun litru ta’ ilma jista’ jiġi ffrankat !

 

Rapport fuq l-Swissinfo.ch tal-lum jgħid illi dan l-awrinar qed jiġi ppruvat f’dawn il-ġranet waqt il-kampjonat Euro 2008 fl-istadju Sankt Jakob ta’ Basel.

 

Fil-link ta’ hawn fuq għandkom spjegazzjoni kif jaħdem dan l-awrinar ta’ bla ilma li l-anqas ma jiġġenera irwejjaħ !

 

 

Meta kulħadd jaf kemm jiswa’ l-ilma biex nipproducuh, naħseb li aħjar Tonio Fenech jieħu ħsieb ftit jara li ssir ordni ta’ malajr għal-latrini f’Malta. Dan ifisser anqas ħela ta’ ilma  kif ukoll anqas irwejjaħ !

 

Opportunita tajba għall-Kunsilli Lokali ukoll, li kif tafu għandhom responsabbilta’ għall-latrini !

 

Grazzi Harry. Awguri Arnold.

 

 

Nhar is-Sibt ħadt sehem fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-AD. Kienet laqgħa li fiha tkellimna fit-tul b’mod kritiku fuq il-ħidma li saret.

 

Id-diskussjoni iffukat fuq ir-rapport  li ħejjiet Kummissjoni immexxija minni dwar ir-riżultati miksuba mill-AD fl-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu 2008.

 

Bosta ħadu sehem fid-diskussjoni, uħud b’veduti li jikkuntrastaw.

 

Il-laqgħa kienet it-tmiem tat-tmexxija tal-AD minn Harry u l-bidu tat-tmexxija minn Arnold.

 

Kif qal tajjeb Harry, it-tmexxija tal-AD hi għadma iebsa. Għat-telgħa, għax kontra l-kurrent. Hi ukoll triq twila.

 

Issa nibdw il-ħidma mill-ġdid.

 

Grazzi Harry.

 

Awguri Arnold.

 

Nixfa f’Barcelona

 

 

F’Barcelona hemm nixfa. Nuqqas ta’ ilma tali li wassal lill-awtoritajiet lokali biex jibdew jimpurtaw l-ilma minn reġjuni oħra ta’ Spanja.

 

Dan m’huwiex biss kawża ta’ nuqqas ta’ xita matul is-sena iżda ukoll minħabba s-sistema antikwata tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma li minnha qed jintilef kwantita ta’ ilma.

 

F’Mejju tas-sena 2009 jistennew li jkollhom impjant ta’ desalinazzjoni tal-ilma lest biex jibda jaħdem.

 

 

Dan jinstema familjari għax f’Malta għaddejna minn dawn l-affarijiet għal diversi snin. U għalkemm imxejna l-quddiem għad baqa’ ħafna x’nirranġaw. Fosthom il-ġbir tal-ilma tax-xita. Kif ukoll li iktar nies ikunu inkoraġġiti illi jagħmlu użu mill-ilma tax-xita.

By carmelcacopardo Posted in water Tagged

Esperimenti dwar Enerġija mix-Xemx

Mijiet ta’ mirja allinejati max-xemx

 

 

Pajjiżi oħra, konxji tal-ħerba ekonomika li qed tinġema bħala riżultat fl-isplużjoni tal-prezz taż-żejt qed jistudjaw kif jistgħu jibbenefikaw minn dak li tipprovdi n-natura bla ħlas : ċjoe mill-enerġija tax-xemx.

 

Per eżempju fid-deżert tan-Neġev ġewwa l-Iżrael xjenzjati Amerikani u Lhud qed jesperimentaw kif jistgħu jiġġeneraw l-enerġija elettrika bl-inqas spejjes possibli. Ir-riżultat ta’ dawn l-esperimenti ser ikunu implimentati fil-kostruzzjoni ta’ tlett impjanti solari li ser jinbnew f’California .  

 

Fl-esperimenti qed jintużaw mijiet ta’ mirja ġġwidati permezz ta’ computer (dawn huma imsejħa heliostats) biex ikunu allinejati max-xemx u b’hekk jiffukaw il-qawwa massima ta-raġġi tax-xemx lejn boiler li jipproduċi l-fwar li permezz tat-turbina jiġġenera l-elettriku. L-esperiment qed joqrob lejn it-tmiem.

 

 

F’Malta, aħna min-naħa l-oħra, flok ma nmiddu idejna, dejjem neqirdu u nitkarrbu. Darba kellna stazzjon sperimentali bi sħab bejn l-Universita ta’ Malta u l-Gvern Awstrijaku. Dan huwa l-Institute for Energy Technology  li qiegħed ġewwa Marsaxlokk.

 

Kieku jiċċaqalqu ftit ma jkunx aħjar ?