This video was produced entirely by university students. Their aim is to promote energy efficiency measures in the workplace as well in our daily activities. Please take two minutes of your time to have a look at it.
This video was produced entirely by university students. Their aim is to promote energy efficiency measures in the workplace as well in our daily activities. Please take two minutes of your time to have a look at it.
Nifraħ lil The Today Public Policy Institute u lill-awtur it-Tabib George Debono għall-pubblikazzjoni tar-rapport “Towards A Low Carbon Society ; The Nation’s Health, Energy Security and Fossil Fuels.”
M’għandi l-ebda dubju illi din il-pubblikazzjoni ser tkun ta’ għajnuna kbira biex iċċaqlaq lill-awtoritajiet ħalli jaġixxu biex jintroduċu miżuri li jwasslu għat-tnaqqis fl-użu tal-karozzi u użu ikbar tat-trasport pubbliku.
F’pajjiż żgħir bħal dan dan huwa possibli. Nistgħu nagħmluh bla diffikulta għax id-distanzi huma kważi kollha żgħar.
Huwa tajjeb li r-rapport jemfasizza fuq il-ħtieġa li t-tassazzjoni ambjentali għandha tintuża bħala strument biex tgħin fil-bidla tal-imġieba tan-nies. Opportunita tad-deheb qegħda wara l-bieb : ir-reviżjoni tat-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi. Nittamaw li l-Gvern iwettaq dak li ilu jwiegħed, jiġifieri li s-sistema l-ġdida tkun waħda li tiskuragixxi lil min iħammeg.
Huwa neċessarju illi s-sidien tal-karozzi tal-linja jirrealizzaw illi l-kriżi tal-prezz taż-żjut m’hiex biss problema. Hija ukoll opportunita għall-komunita biex tnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-karozzi privati u bħala riżultat ta’ dan tagħmel użu iktar frekwenti mit-trasport pubbliku. L-opportunita qegħda hemm biex nisfruttawha kemm-il darba t-trasport pubbliku jkun reformat, jaqdi iktar lokalitajiet permezz ta’ rotot ġodda, jkun puntwali u jagħti servizz iktar fit-tul matul il-ġurnata.