Arnold Cassola, Chairperson ta’ AD flimkien mad-Deputati Chairpersons Mario Mallia u Stephen Cachia il-bieraħ iltaqgħu mat-tmexxija tal-Partit Laburista fil-Ħamrun. Min-naħa tal-Partit Laburista kienu preżenti l-Mexxej Dr. Joseph Muscat, id-Deputati Mexxejja Dr. Toni Abela u Dr. Anġlu Farrugia u s-Segretarju Ġenerali Jason Micallef.
Fl-istqarrijiet li nħarġu mill-AD u l-MLP ġew imfissra l-posizzjonijiet taż-żewġ naħat.
Ġew diskussi l-kriżi fil-prezzijiet ta’ l-ikel u ż-żejt u kif din qed taffettwa l-livell ta’ l-għixien ta’ l-impjegati u specjalment dawk ta’ dħul baxx u medju.
Imma ġie diskuss ukoll kif il-mekkaniżmu tas-surcharge jista’ jkun aktar ġust billi jippremja lil min juża l-enerġija b’mod għaqli minflok kif inhu bħalissa fejn kulħadd iħallas l-istess rata ta’ surcharge irrispettivament mill-konsum.
Il-Mexxej tal-MLP emfasizza illi l-proposta tal-AD fl-aħħar elezzjoni, u ċjoe li s-surcharge m’għandiex titħallas bl-istess mod minn kulħadd, iżda li għandha tkun tiffavurixxi lil min ma jaħlix hi bażi tajba għal diskussjoni fil-pajjiż.
Ovvjament (ngħid jien) m’huwiex possibli illi s-surcharge titnaqqas bin-nofs, b’daqqa ta’ pinna. Min jaħli għandu jerfa’ l-piż iżda min jieħu l-prewkazzjonijiet biex ma jaħlix għandu jkun ippremjat.
Tajjeb li l-MLP qiegħed jirrikonoxxi l-proposti tajbin tal-AD .
Issa nistennew x’ser jagħmel il-Gvern, li ħabbar li qiegħed jikkonsidra jekk u kif ser jirrevedi t-tariffi u/jew is-surcharge fuq id-dawl u l-ilma. Nittamaw li hu ukoll jiftaħ għajnejh għall-proposti tal-AD li saru u huma fl-interess tal-pajjiż.
GHal dawn l-ahhar 19 il-sena, l-AD harget bi proposti (fuq hafna affarijiet, inkluz l-energija) li li kieku ma gewx injorati konna nkunu fi stat hafna ahjar minn issa ez ma niddependux kompletament miz-zejt.
Minn li jidher s’issa l-Kap il-gdid tal MLP qed jiehu bis-serjeta, jiddiskuti u jirrikonoxxi l-ideat tal AD.
S’issa nista nghid Joseph Muscat beda bidu vera tajjeb. Wiehed irid jiggudika meta jinqalaw il-problemi l-kbar, pero kif mexa s’issa jidher li hu nifs gdid u frisk fil-politka Maltija.
Nixtieq li Dr Muscat ma juzax tattici ta ‘hitting below the belt, fejn tidhol l-AD (u affarijiet ohra) bhal ma ghamel il-PN f’din u f’elezzjonijiet ohra