Fi żmien ta’ nuqqas ta’ ilma kullimkien fid-dinja, hi f’waqtha l-invenzjoni tal-kumpanija Svizzera Urimat li topera f’Feldbach ħdejn Lake Zurich. L-invenzjoni hi awrinar (urinal) li jaħdem bla ilma ! Immaġinaw ftit kemm-il biljun litru ta’ ilma jista’ jiġi ffrankat !
Rapport fuq l-Swissinfo.ch tal-lum jgħid illi dan l-awrinar qed jiġi ppruvat f’dawn il-ġranet waqt il-kampjonat Euro 2008 fl-istadju Sankt Jakob ta’ Basel.
Fil-link ta’ hawn fuq għandkom spjegazzjoni kif jaħdem dan l-awrinar ta’ bla ilma li l-anqas ma jiġġenera irwejjaħ !
Meta kulħadd jaf kemm jiswa’ l-ilma biex nipproducuh, naħseb li aħjar Tonio Fenech jieħu ħsieb ftit jara li ssir ordni ta’ malajr għal-latrini f’Malta. Dan ifisser anqas ħela ta’ ilma kif ukoll anqas irwejjaħ !
Opportunita tajba għall-Kunsilli Lokali ukoll, li kif tafu għandhom responsabbilta’ għall-latrini !