Grazzi Harry. Awguri Arnold.

 

 

Nhar is-Sibt ħadt sehem fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-AD. Kienet laqgħa li fiha tkellimna fit-tul b’mod kritiku fuq il-ħidma li saret.

 

Id-diskussjoni iffukat fuq ir-rapport  li ħejjiet Kummissjoni immexxija minni dwar ir-riżultati miksuba mill-AD fl-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu 2008.

 

Bosta ħadu sehem fid-diskussjoni, uħud b’veduti li jikkuntrastaw.

 

Il-laqgħa kienet it-tmiem tat-tmexxija tal-AD minn Harry u l-bidu tat-tmexxija minn Arnold.

 

Kif qal tajjeb Harry, it-tmexxija tal-AD hi għadma iebsa. Għat-telgħa, għax kontra l-kurrent. Hi ukoll triq twila.

 

Issa nibdw il-ħidma mill-ġdid.

 

Grazzi Harry.

 

Awguri Arnold.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s