F’Barcelona hemm nixfa. Nuqqas ta’ ilma tali li wassal lill-awtoritajiet lokali biex jibdew jimpurtaw l-ilma minn reġjuni oħra ta’ Spanja.
Dan m’huwiex biss kawża ta’ nuqqas ta’ xita matul is-sena iżda ukoll minħabba s-sistema antikwata tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma li minnha qed jintilef kwantita ta’ ilma.
F’Mejju tas-sena 2009 jistennew li jkollhom impjant ta’ desalinazzjoni tal-ilma lest biex jibda jaħdem.
Dan jinstema familjari għax f’Malta għaddejna minn dawn l-affarijiet għal diversi snin. U għalkemm imxejna l-quddiem għad baqa’ ħafna x’nirranġaw. Fosthom il-ġbir tal-ilma tax-xita. Kif ukoll li iktar nies ikunu inkoraġġiti illi jagħmlu użu mill-ilma tax-xita.