Esperimenti dwar Enerġija mix-Xemx

Mijiet ta’ mirja allinejati max-xemx

 

 

Pajjiżi oħra, konxji tal-ħerba ekonomika li qed tinġema bħala riżultat fl-isplużjoni tal-prezz taż-żejt qed jistudjaw kif jistgħu jibbenefikaw minn dak li tipprovdi n-natura bla ħlas : ċjoe mill-enerġija tax-xemx.

 

Per eżempju fid-deżert tan-Neġev ġewwa l-Iżrael xjenzjati Amerikani u Lhud qed jesperimentaw kif jistgħu jiġġeneraw l-enerġija elettrika bl-inqas spejjes possibli. Ir-riżultat ta’ dawn l-esperimenti ser ikunu implimentati fil-kostruzzjoni ta’ tlett impjanti solari li ser jinbnew f’California .  

 

Fl-esperimenti qed jintużaw mijiet ta’ mirja ġġwidati permezz ta’ computer (dawn huma imsejħa heliostats) biex ikunu allinejati max-xemx u b’hekk jiffukaw il-qawwa massima ta-raġġi tax-xemx lejn boiler li jipproduċi l-fwar li permezz tat-turbina jiġġenera l-elettriku. L-esperiment qed joqrob lejn it-tmiem.

 

 

F’Malta, aħna min-naħa l-oħra, flok ma nmiddu idejna, dejjem neqirdu u nitkarrbu. Darba kellna stazzjon sperimentali bi sħab bejn l-Universita ta’ Malta u l-Gvern Awstrijaku. Dan huwa l-Institute for Energy Technology  li qiegħed ġewwa Marsaxlokk.

 

Kieku jiċċaqalqu ftit ma jkunx aħjar ?

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s