Għawdex : Gżira ekoloġika (2)

 

 

Il-ġimgħa l-oħra attendejt għall-forum ċiviku organizzat mill-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta dwar l-idea ta’ Gżira ekoloġika.

 

Ġa ktibt f’dan il-blog dwar is-suġġett iżda naħseb li jkun utli li nikteb iktar.

 

L-idea ta’ Għawdex bħala gżira ekologika nibtet waqt żjara tal-Ministru tal-Ambjent Taljan  u ġiet inkluża fil-manifest elettorali tal-AD għal Għawdex.  Għoġbot lill-PN ukoll għax inkludiha fil-programm elettorali tiegħu.

 

S’issa nkitbu  żewġ artikli dwar dan il-forum.

 

Tajjeb li nitkellmu iktar dwar xi jfisser li Għawdex ikun gżira ekoloġika.

 

Fi ftit kliem ifisser li l-ħidma kollha li ssir f’Għawdex tkun organizzata b’mod li din tagħmel l-inqas impatt possibli fuq l-eko-sistema.  Allura tfisser, fost oħrajn li :

a)      jsir sforz biex jiġi ġġenerat l-ikbar ammont possibli ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu, mix-xemx, mir-riħ, mill-iskart, mill-ħmieġ tal-annimali bħall-baqar u l-ħnieżer ………

b)      li naħżnu u nużaw l-ilma tax-xita bil-għaqal u b’hekk nevitaw li nużaw iktar mill-ilma tal-pjan,

c)      isir iktar investiment biex bħala riżultat tal-proċess tat-tisfija tad-drenaġġ l-ilma riżultanti jkun jista’ jerġa’ jintuża, 

d)      nnaqqsu t-tniġġiż tal-arja billi nnaqqsu l-użu ta’ karozzi privati,

e)      illi nużaw it-trasport pubbliku u mezzi alternattivi ta’ transport bħall-bicycles, kif ukoll transport li jaħdem bl-elettriku,

f)        biex (d) u (e) jkunu possibli jeħtieġ riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex biex dan issibu f’kull ħin u mhux kif inhu bħalissa,

g)      jkun hemm bicycles lanes fit-toroq kollha,

h)      li tkun inkoraġġita l-biedja organika,

i)   li napprezzaw iktar il-valur tal-biodiversita’,

j)   li nnaqqsu l-iskart li niġġeneraw, u li dak iġġenerat nagħmlu ħilitna biex nirriċiklawh – inkluż li nipproduċu enerġija elettrika minnu fejn possibli,

k)       insibu użu għall-bini li għandna vojt flok ma nħallu iktar art tinbena,

l)        niżviluppaw l-eko-turiżmu,

m)  ma jkunux inkoraġġiti proġetti li huma ta’ ħsara ambjentali u dan f’isem żvilupp dubjuż bħal dak ta’ Ħondoq ir-Rummien,

n)    nużaw taxi ambjentali biex ikun inkoraġġit li jkun hemm bdil ta’ attitudnijiet.

 

Hemm ħafna affarijiet li jista’ jagħmilhom il-Gvern. Ħafna oħrajn li rridu nagħmluhom aħna. Kull wieħed minna. Pero’ huma kollha affarijiet li jridu jsiru. L-ewwel f’Għawdex imbagħad f’Malta ukoll.

 

Nittama biss li jkun hemm il-volonta’ li jsir dak kollu li hu meħtieġ.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s