Il-gżira ta’ Kiribati fil-Paċifiku qed tegħreq. Huwa stmat li sa tmiem dan is-seklu tkun taħt l-ilma għal kollox.
L-art fil-gżira ta’ Kiribati ma taqbiżx iż-żewġ metri l-fuq mil-livell tal-baħar li qed jogħla ftit ftit. Il-miżuri li bil-mod bdew jittieħdu biex jitnaqqsu l-effetti tal-ħidma tal-bniedem fuq il-klima jdumu ma jkollhom effett. Qabel ma ngawdu l-effett tal-miżuri li qed nieħdu biex ma tibqax issir il-ħsara lill-klima irridu nerfgħu il-piż ta’ dak li sar s’issa.
Tajjeb li nistaqsu : kemm ser jogħla l-livell tal-Mediterrran madwar il-gżejjer Maltin ? Liema partijiet tal-gżejjer Maltin ikunu taħt l-ilma iktar tard dan is-seklu ? Mhux iżjed jekk, iżda meta .