Ir-Rapport tal-AD dwar l-elezzjoni ta’ Marzu 2008

 

 

 

Dal-għodu ġie ppubblikat ir-rapport li jiena flimkien ma Claire Bonello u Kurt Sansone ħejjejna dwar il-mod kif ħadmet Alternattiva Demokratika matul l-elezzjoni tal-2008.

 

Mhux ser noqgħod nikkummenta fuq dak li hemm miktub. Dak jista’ jinqara minn kulħadd li huwa ukoll liberu biex jikkummenta favur jew kontra jew b’żieda ma dak li kkonkludejna fir-rapport.

 

L-opinjoni ta’ kulħadd għandha piż.

 

Dan ir-rapport ġie ippreżentat minni lill-Eżekuttiv ta’ AD nhar l-Erbgħa fil-għaxija li mill-ewwel iddeċieda li għandu jkun pubbliku.

 

 

Għandu jkollna l-umilta’ li neżaminaw bir-reqqa dak li sar u kif dan fil-futur jista’ isir aħjar. Għandu jkollna l-umilta’ li nisimgħu x’għandu xi jgħid ħaddieħor. Għandu jkollna ukoll l-umilta’ li nieħdu l-passi korrettivi meħtieġa.

 

Meta bħal-lum ġimgħa, nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju tiltaqa’ l-Laqgħa Ġenerali tal-AD l-ewwel ser tiddiskuti dan ir-rapport. Imbagħad taħtar it-tim li jrid imexxi lill-AD għas-snin li ġejjin.

 

Minkejja li bil-fors irridu naslu għal konklużjonijiet dwar kif għandna ntejjbu l-operat tal-AD fil-futur f’dan il-mument kritiku huwa ukoll floku ringrazzjament lil Harry Vassallo li tant iddedika minn ħinu w l-enerġija tiegħu matul dawn l-aħħar 18-il sena biex jara l-viżjoni tal-AD tiġi addottata u timxi l-quddiem.

 

Sar ħafna progress. Iżda mhux biżżejjed.

 

Għada jinbena fuq illum.

 

Grazzi.

One comment on “Ir-Rapport tal-AD dwar l-elezzjoni ta’ Marzu 2008

  1. Nixtieq li l elletorat ma ghandux ikun it trattat b’halla li kollu li hu IT literate.Ikun apprezzat li fil fittur ikun iprezzentat il manifest elletorali b’mezzi ohra wkoll.ninaqad mieghek f rigrazzjament lil Harry. inselli

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s