L-isem tal-logħba hu Power up the Game . Hi logħba għaż-żgħar u anqas żgħar dwar il-bdil tal-klima.
Hi bla ħlas u available online.
L-isem tal-logħba hu Power up the Game . Hi logħba għaż-żgħar u anqas żgħar dwar il-bdil tal-klima.
Hi bla ħlas u available online.
Dal-għodu ġie ppubblikat ir-rapport li jiena flimkien ma Claire Bonello u Kurt Sansone ħejjejna dwar il-mod kif ħadmet Alternattiva Demokratika matul l-elezzjoni tal-2008.
Mhux ser noqgħod nikkummenta fuq dak li hemm miktub. Dak jista’ jinqara minn kulħadd li huwa ukoll liberu biex jikkummenta favur jew kontra jew b’żieda ma dak li kkonkludejna fir-rapport.
L-opinjoni ta’ kulħadd għandha piż.
Dan ir-rapport ġie ippreżentat minni lill-Eżekuttiv ta’ AD nhar l-Erbgħa fil-għaxija li mill-ewwel iddeċieda li għandu jkun pubbliku.
Għandu jkollna l-umilta’ li neżaminaw bir-reqqa dak li sar u kif dan fil-futur jista’ isir aħjar. Għandu jkollna l-umilta’ li nisimgħu x’għandu xi jgħid ħaddieħor. Għandu jkollna ukoll l-umilta’ li nieħdu l-passi korrettivi meħtieġa.
Meta bħal-lum ġimgħa, nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju tiltaqa’ l-Laqgħa Ġenerali tal-AD l-ewwel ser tiddiskuti dan ir-rapport. Imbagħad taħtar it-tim li jrid imexxi lill-AD għas-snin li ġejjin.
Minkejja li bil-fors irridu naslu għal konklużjonijiet dwar kif għandna ntejjbu l-operat tal-AD fil-futur f’dan il-mument kritiku huwa ukoll floku ringrazzjament lil Harry Vassallo li tant iddedika minn ħinu w l-enerġija tiegħu matul dawn l-aħħar 18-il sena biex jara l-viżjoni tal-AD tiġi addottata u timxi l-quddiem.
Sar ħafna progress. Iżda mhux biżżejjed.
Għada jinbena fuq illum.
Grazzi.
Il-ħruġ tal-permess ghall-izvilupp tas-sit ta’ dak li kien il-Mistra Village fuq l-għolja tax-Xemxija f’San Pawl il-Bahar hi prova, jekk qatt kien hemm bżonn, ta’ kemm il-ħidma tal-MEPA hi ta’ ħsara kontinwa.
Meta hawn ‘il fuq minn 53,000 residenza vojta, pajjiżna m’għandux bżonn il-bini ta’ iktar progetti enormi u massiċċi bħal dan biex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-MIstra Village u floku jinħolqu 868 unit residenzjali. Ma hemmx ħtieġa ta’ dan il-progett ħlief għall-industrija tal-bini biex tibqa’ tiġġustifika l-eżistenza tagħha innifisha,Ż
vilupp massiv bħal dan johloq preċedent perikoluż għal żvilupp simili. Wasal iż-żmien li jiġi dikjarat moratorju fuq proġetti kbar residenzjali.
F’Novembru li għadda AD ippreżentat petizzjoni b’mijiet ta’ firem lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan il-kaz. AD giet infurmata mill-Kummissjoni Ewropea (DG Ambjent) li qed tistudja l-każ u li qegħdha f’kuntatt mal-Gvern Malti għal kjarifiki dwar dan il-progett.
B’dan it-tip ta’ permessi nistaqsi : x’sar minnha l-politika tal-Gvern li ser jinkuragixxi l-iżvilupp sostenibbli. Kif sejrin jiġu mħarsa l-generazzjonijiet futuri b’dan it-tip ta’ proġett ?