Għawdex Gżira ekoloġika

 

Ħadt pjaċir il-bieraħ fil-għaxija nieħu sehem fil-Forum għaċ-Ċittadin organizzat mill-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta. Tkellmet Gisela Kallenbach Membru tal-Parlament Ewropew tal-European Greens. He tkellmet  dwar l-idea ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika.

 

Din hi idea li tkellmet dwarha għall-ewwel darba l-Alternattiva Demokratika u iktar tard il-Partit Nazzjonalista inkluda proposta dwar Għawdex bħala gżira ekoloġika fil-programm elettorali tiegħu għall-elezzjoni tal-2008.

 

L-ambjent m’hu monopolju ta’ ħadd u iktar ma jkun hemm min jaqbel u jaddotta ideat għal titjib ambjentali, tagħna u ta’ ħaddieħor, tant aħjar.

 

Il-kunċett ta’ gżira ekoloġika hu wieħed sempliċi. Li l-ħidma kollha li ssir fuq il-ġżira ta’ Għawdex tkun sostenibbli. Issa fir-realta dan ma jgħoddx għal Ghawdex biss, imma għal Malta ukoll !

 

Kallenbach emfasizzat fuq il-ħtieġa li jkun hemm ħidma integrata, jiġifieri li ma nippjanawx bil-biċċiet. Meta nippjanaw xi ħaġa nassiguraw ruħna li nkunu tajna każ u ħadna ħsieb tal-aspetti kollha tagħha.

 

L-attendenza għal dan il-forum kienet kkaratterizzat mill-presenza ta’ kwantita kbira ta’ residenti barranin.

 

Ħafna tkellmu dwar l-ilma, il-biedja organika, t-trasport sostenibbli, l-enerġija alternattiva u dwar bosta oqsma oħra fil-ħajja ta’ kuljum. Il-messaġġ bażiku kien wieħed dwar il-ħtieġa li nimxu fit-triq ta’ sostenibilita.

One comment on “Għawdex Gżira ekoloġika

  1. It would be an excellent idea if the government would ensure that Gozo be considered (and treated as) an ecological island. That would certainly help us not just environmentally but also economically. World-wide it is now being realized that agriculture, fishing, food production are essentials which merit the attention of any government. We Maltese / Gozitans will do well to heed this and to incentivize Maltese agriculture, both Malta and Gozo to do this. I appeal to the government to act in this regard. I can take seeing new fields set up; what I don’t relish are concrete jungles sprouting up on the little land we have left.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s