Tiananmen – 19-il sena ilu

 

Tiftakru din ix-xena, u oħrajn agħar minnha, bit-tankijiet għaddejjin minn fuq kampijiet bl-istudenti Ċiniżi reqdin fi Pjazza Tiananmen f’Beijing 19-il sena ilu ?

 

Kien fil-lejl ta’ bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju 1989 meta ġrat.

 

Dawn ix-xeni ġiebu fi tmiem ir-rebbiegħa ta’ Beijing. Beijing u ċ-Ċina magħha kienu fuq il-fruntiera tad-demokrazija. U ħadu daqqa lura.

 

Niftakru ftit.

 

Sadanittant illum f’Hong Kong ifakkru l-avvenimenti tal-1989.

 

B’nuċċali ta’ żiemel

Vanessa Macdonald  tikkwota lil Francis Vassallo Chairman tal-Bank Bawag li qed jgħid illi dewmien fil-ħruġ ta’ permessi ta’ żvilupp mill-MEPA qed jheddu lis-suq tal-propjeta għax d-dewmien ifisser flus (interessi jew inkella opportunity cost kif jgħidu l-ekonomisti).

 

Dawk li qed iħarsu lejn il-propjeta biss bħala investiment ekonomiku qed jagħmlu żball kbir. Qegħdin iħarsu sal-pont ta’ imneħirhom meta ma jirrealizzawx il-ħsara kbira ambjentali li qed issir b’dak li jsejħulu żvilupp. Pajjiżna m’għandniex bżonn ta’ iktar bini. Għandna il-fuq minn 53,000 residenza vojta (ċifri sal-2005).

 

Meta l-Gvern iddikjara li poġġa l-iżvilupp sostenibbli bħala l-mira ewlenija tiegħu fil-mixja biex isib tarf tal-iżbilanċ ambjentali li qiegħed jifni lil dan il-pajjiż suppost li qed jagħti risposta lil dawk kollha li jħarsu lejn l-ekonomija b’nuċċali ta’ żiemel. Ta’ l-anqas nittama. Għax hekk jixraqlu dan il-pajjiż.

L-għawm

 

 

L-Unjoni Ewropeja ppubblikat ir-rapport annwali  dwar il-kwalita’ tal-ibħra li jintużaw għall-għawm għas-sajf li għadda (2007).

 

Fir-rapport dwar Malta jingħataw id-dettalji.

 

Hemm 87 żona għall-għawm li fihom sar il-moniteraġġ. Kien hemm il-problemi f’4 minnhom is-sajf li għadda.

 

Progress ħdejn is-snin passati iżda mhux biżżejjed, anke kif jidher mill-kummenti tan-nies fil-gazzetti, inklużi dawk elettroniċi.