L-espansjoni ta’ Heathrow

 

 

Illum fir-Renju Unit qed issir dimostrazzjoni kontra l-proposti tal-Gvern Ingliż biex issir espansjoni tal-ajruport ta’ Heathrow. Il-proposta hi dwar is-sitt terminal u t-tielet runway. 

 

Saru konsultazzjonijiet estensivi b’rapporti b’mijiet ta’ paġni aċċessibli fuq l-internet għal min irid jaqra u jinforma ruħu. Konsultazzjoni li ġiet fi tmiemha nhar is-27 ta’ Frar 2008.

 

 

Il-proposti ser jeffettwaw ta’ l-anqas villaġġ sħih ta’ 700 dar, il-villaġġ ta’ Simpson. Dan irid jagħmel il-wisa’ għall-proġett.

 

It-tibdil fil-klima, it-tniġġiż mill-ħsejjes (acoustic pollution) u l-konġestjoni li ser tinħoloq huma r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet għal dak li qiegħed jippjana l-Gvern Ingliż.

 

Il-ġimgħa l-oħra l-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Sostenibilita fir-Renju Unit immexija minn Jonathon Porritt ipproponiet li għalissa l-Gvern għandu jiffriża l-pjani tiegħu. Id-Dipartiment tat-Trasport immexxi mill-Ministru Ruth Kelly ma qabilx. Sadanittant numru mhux żgħir ta’ Membri tal-Parlament mill-Partit Laburista Ingliż li jitilgħu minn kostitwenzi f’Londra ma jaqblux ma dawn il-pjanijiet għall-espansjoni ta’ Heathrow.

 

Jekk it-tielet runway tinbena, it-titjiriet minn Heathrow jiżdiedu minn 480,000 għal 700,000 fis-sena.

 

Informazzjoni meħuda mill-Guardian

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s