L-ekonomija tal-biodiversita’ u l-eko-sistemi

 

 

F’dawn il-jiem f’Bonn fil-Ġermanja qed issir id-9 Laqgħa tal-pajjiżi firmatarji tal-Konvenzjoni dwar l- Biodiversita’.

 

L-Unjoni Ewropea ħadet l-iniżżjattiva u ippubblikat studju miktub minn Pavan Sukhdev, uffiċjal tad-Deutche Bank. Dan ir-rapport huwa intitolat The Economics of Eco-systems and Biodiversity. An interim report.

 

 

Ir-rapport li kien ippubblikat il-bierah id-29 ta’ Mejju 2008 għandu daħla minn Stavros Dimas Kummissarju għall-Ambjent tal-Unjoni Ewropea u ta’ Sigmar Gabriel Ministru għall-Ambjent  tal-Ġermanja.

 

X’inhu jiġri tistaqsu. Din il-ħegga kollha f’daqqa waħda dwar il-biodiversita’ ? F’daqqa waħda ir-rapporti li qed jiġu ppubblikati ħerġin minn widnejna.

 

Fuq din il-blog matul dan ix-xahar ippubblikajt diversi posts dwar il-biodiversita’ :

 

nhar it-Tnejn 5 ta’ Mejju 2008 ippubblikajt post intitolat Bugħarwien   ,

 

nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju 2008 ippubblikajt post intitolat Biodiversita’  ,

 

nhar il-Ħamis 22 ta’ Mejju 2008 ippubblikat post intitolat Jum il-Biodiversita’  ,

 

nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2008 irriproduċejt intervista f’Der Spiegel Online ma’ Klaus Töpfer ex-Direttur tal-UNEP intitolata Protecting Biodiversity is Critical to Mankind’s Survival  .  

 

 

F’daqqa waħda kulħadd donnu beda jinduna li s-sistema ekonomika ta’ kullimkien fid-dinja qed tagħmel ħsara kbira lin-natura għax m’hiex kompatibbli magħha. Fl-1992 waqt il-Konferenza ta’ Rio de Janeiro li ħafna drabi nirreferu għaliha bħala The Earth Summit ġiet iffirmata l-Konvenzjoni dwar il-Biodiversita’.

 

Bħala parti mill-ħidma konnessa ma din il-Konvenzjoni, l-pajjiżi firmatarji (u Malta hi firmatarja bħala riżultat tas-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea) wegħdu li l-ewwel inaqqsu u mbagħad iwaqqfu t-telfien tal-biodiversita. Għax din, ftit fit, qed tgħib.

 

Bħala parti minn din il-ħidma kull pajjiż kellu jagħmel pjan ta’ ħidma, strateġija dwar kif ser jipprova jasal. L-istrateġija ta’ Malta, għalkemm ilha ftit li ġiet abbozzata jidher li m’hemmx li tara d-dawl tax-xemx.

 

Issa li l-Gvern ikkommetta ruħu favur l-iżvilupp sostenibbli forsi niċċaqalqu, ma tafx kif.

 

F’dawn ir-rapporti kollha l-awturi qed jippruvaw ifehmu lil min irid jisma’ illi l-biodiverista’ għalkemm tiġi għandna b’xejn għandha valur enormi. Sfortunatament jidher li dan il-messaġġ ser jinftiehem biss meta jkun tard ħafna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s