eco-terapija

Xi gimgħat ilu kont ħadt sehem f’seminar organizzat mir-Richmond Foundation f’Malta dwar ir-relazzjoni bejn l-ambjent u s-saħħa mentali.

L-għaqda Ingliża LEAF ( Linking Environment and Farming ) illum ippubblikat rapport dwar kemm il-kuntatt man-natura huwa ta’ ġid għas-saħħa mentali. Jitkellem dwaru rapport tal-BBC tal-lum intitolat : Farm Trips may alleviate stress .

 

Ir-rapport oriġinali tal-LEAF huwa intitolat Feed Your Senses: The effects of visiting a LEAF Farm.

Huwa emfasizzat kemm sagħtejn f’razzett jistgħu jagħmlulek ġid iktar minn l-istess ammont ta’ ħin f’gym. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju li sar mill-Universita’ ta’ Exeter fir-Renju Unit jitkellmu dwar tnaqqis ta’ tensjoni (stress), tnaqqis tal-għejja u anke tnaqqis tar-rabja ! In-natura fi ftit kliem tikkalmak .

Għandna bżonn nitgħallmu ftit iktar kif nistgħu nieħdu ħsieb ta’ saħħitna billi nżommu iktar qrib tal-għeruq tagħna, tan-natura. Min hu b’saħħtu b’dan il-mod jista’ jieħu ħsiebha iktar. Min hu marid jista’ jsib soluzzjoni.

Studji oħra li saru minn istituti oħra ta’ riċerka jindikaw li iktar kuntatt man-natura jista’ jghin ghall-fejqan ta’ tensjoni u depression. B’hekk nibilgħu inqas medicini ! L-ambjent jgħin lilna u aħna ngħinu lilu għax inqas mediċini ifisser ukoll inqas skart tossiku.

 

2 comments on “eco-terapija

  1. Bhala vegetarian nippreferi inmelles il qattus tieghi milli inzur farm, biex innehhi l-istress. Jien la niekol laham u lanqas nixrob halib. Inhoss li it-trobbija tal -baqar kemm ghal -halib u kemm ghal laham huwa sfruttament tal -bniedem lejn l-annimali apparti il-hsara lill ambjent li isir minn trobbija ta annimali ghal-ikel..
    Ma hemmx ghalfejn inzur farm biex nehles mill -istress, zjara fil-kampanja ( sakemm ma issibx kaccaturi ma wiccekk huwa bizzejjed ghalija. )
    Grazzi tal-informazzjoni imma ma ighoddx ghalija zgur.

  2. I agree with Mr Ventura. As a vegan, the only reason I can think of justifying a visit to a farm is to expose and make public animal cruelty. Some people may not see it that way, but from an animal’s point of view it is not different from a life in Auschwitz and similar places.

    It is an inconvenient truth, but not eating animals (and animal byproducts) is healthy for humans animals and the planet, while meat consumption is a direct cause of deforestation disease and starvation. If in doubt, check this out on the internet…….

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s