Surcharge

Stqarrija ta’ Alternattiva  Demokratika

 

 

In vista taż-żieda imminenti fis-surcharge applikat għall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Alternattiva Demokratika emfasizzat għal darba oħra li surcharge applikabbli b’rata waħda huwa inġust. Huwa każ ċar ta’ politika tal-calculator.

 

Ralph Cassar, il-kelliemi tal-AD għall-Enerġija, Innovazzjoni u l-Industrija qal li “Alternattiva dejjem irrikonoxxiet li huwa essenzjali li jkun hemm x’jagħmel tajjeb għall-prezz dejem jiżdied taż-żejt. L-ebda politiku ma jista’ jiċħad dan. Imma Alternativa temmen li l-implimentazzjoni ta’ rata waħda u uniformi  a’ surcharge hi ineffettiva kemm soċjalement kif ukoll ambjentalment. Alternattyiva tirrepeti l-proposta illi iktra minn rata waħda hemm ħtieġa li jkunu introdotti rati differenti  applikali skond l-użu li effettivament isir ras għal ras fir-residenzi tagħna. B’dan il-mod familji li ma jaħlux iħallsu rata baxxa filwaqt li dawk li jaħlu jħallsu rata għolja. B’hekk dawk li għandhom konsm għoli jikkontribwixxu u jagħmlu tajjeb għall-ħlas tas-surcharge ta’ dawk li huma effiċjenti. Dan ma jinvolvix spejjes addizzjonali għall-kaxxa ta’ Malta. Il-proposta ta’ Alternattiva tagħmilha possibli għall-Gvern illi jraħħas is-surcharge għal dawk li jimmerithom għax effiċjenti fil-waqt li jirkupra ammont ekwivalenti mingħand dawk li jaħlu.”

Il-kelliem tal-AD għall-Iżvilupp Sostenibbli Carmel Cacopardo qal li ma nistgħux nibqgħu inżidu s-surcharge biex inlaħħqu maż-żieda fil-prezz taż-żejt. Jekk Malta trid tilħaq it-targets tal-Unjoni Ewropea billi tipproduci 10% tal-enerġija minn sorsi rinovibbli sal-2020 hemm bżonn li jidħol fis-seħħ pjan serju b’miri u skadenzi ċari. Il-proposti tal-Alternattiva jiffukaw fuq l-effiċjenza, eliminazzjoni tal-ħela kif ukoll proposti varji immirati biex il-familji jiġu mgħejjuna jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq enerġija minn sorsi li jniġġsu u dan simultanjament ma għajnuna biex jitnaqqsulhom il-kontijiet. Carmel Cacopardo żied jgħid li “Il-Gvern qiegħed jindirizza biss l-impatti ekonomiċi. Il-proposti ta’ Alternattiva Demokratika tħares lejn il-problema b’mod olistiku billi tintegra l-konsiderazzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.”  Ralph Cassar żied jgħid “Il-proposti tagħna jinkludu minn 4 sa 5 turbini tar-riħ li jiġġeneraw l-elettriku bi spiża ta’ madwar 5 euro-ċenteżmi għal kull unit, filwaqt li l-elettriku ġġenerat mill-Enemalta jiswa madwar 11-il euro-ċenteżmu għal kull unit; programm nazzjonali ta’ inċentivi biex jinbidlu fid-djar il-bozoz bil-filament b’dawk energy saving; investiment fuq medda ta’ 5 snin f’solar water heaters għal 50,000 residenza kif ukoll investiment biex ikunu istallati 5,000 sistema fotovoltajka. Dak li jiffranka l-Gvern bl-użu ridott taż-żejt importat ikun iktar minn biżżejjed biex jagħmel tajjeb għal dan l-investiment. Huwa meħtieġ li Malta  issib il-mod kif tilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea. Il-proposti tagħna għall-ħames snin li ġejjin huwa bidu tajjeb biex dawn jintlaħqu.”


 
 

 

 
 
 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s