Jum il-Biodiversita’

 

Il-Buskett

 

 

  

Illum 22 ta’ Mejju huwa jum il-biodiversita.

 

Ġew ippubblikati diversi artikli dwar il-materja f’dawn il-ġranet. Fil-blog tiegħi nhar il-ġimgħa 16 ta’ Mejju ippubblikajt il-post bit-titlu Biodiversita .

 

Hemm ukoll dawn l-artikli, fost oħrajn :

 Environment : Not Enough Done To Protect Biodiversity

 Environment : Trapped Between Economy and Ecology

 Small scale farmers struggle for EU funds

 

F’dawn l-artikli naraw kif il-problemi li niffaċċaw aħna jinsabu kullimkien. Imma xi kultant insibu postijiet fejn hemm ftit iktar volonta’ li l-affarijiet isiru sewwa.

 

Il-ħarsien tal-biodiversita’ huwa obbligu li mhux kulħadd jifhmu għax mhux ilkoll napprezzaw ir-rikkezzi naturali fi pjanti u annimali li aħna mdawrin bihom. Uħud minn dawn fihom benefiċċi li għadna ma nafux bihom għax għadha ma saritx riċerka biżżejjed.  Nittamaw li ma nibdewx napprezzaw biss dak li jkun intilef, għax imbagħad ikun tard wisq.

 

Fost il-postijiet traskurati għal dik li hi biodiversita’ għandna l-Buskett. Hu ismu miegħu, bosk  żgħir li l-Gvern Malti għadu jqiesu bħala ġnien. Bil-mod kif jitmexxa il-Buskett il-biodiversita’ li fih hi mhedda. Anke biss minħabba l-Buskett hemm l-ħtieġa li tfittex tiġi mplimentat l-istrateġija nazzjonali dwar il-biodiversita.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s