Fit-Times tal-lum kummenti interessanti ta’ Austin Gatt, Ministru tat-Trasport (ukoll) dwar il-ħtieġa li jonqsu l-karozzi mit-toroq.
Biex jonqsu dawn il-karozzi hemm bżonn l-ewwel u qabel kollox li jkollna sistema ta’ transport pubbliku aħjar milli għandna. Tajjeb li fl-aħħar nibdew din id-diskussjoni bis-serjeta. L-AD ilha li bdiet din id-diskussjoni u fil-Manifest tal-Koalizzjoni hemm taqsima speċjali dwar dan.
Iktar ma jkun hemm min jiftaħ għajnejħ iżjed hemm ċans li naslu f’xi data fil-qrib.