Id-dħaħen tal-linja

effett fuq il-pulmun uman ta’ dħaħen tad-diesel

 

 

Fi stqarrija li ħarġet il-bieraħ AD permezz tal-kelliemi tagħha għat-Trasport Mark Scerri esprimiet l-appoġġ għall-posizzjoni li qed tieħu l-ADT fil-konfront tat-tilwima mas-sidien tal-karozzi tal-linja dwar it-testijiet li qed isiru fuq l-emissjonijiet.

 

L-AD tħeġġeġ lill-ADT biex ma ċċedix għall-pressjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja u dan meta huwa magħruf li dawn huma ta’ ħsara mhux żgħira għas-saħħa umana.

 

Huwa neċessarju li l-istandards tal-VRT ikunu iktar iebsin fejn jidħlu l-emissjonijiet biex jiġi assigurat li jonqsu b’mod sostanzjali l-karozzi li jdaħħn fit-triqat tagħna.