Stqarrija tal-AD
AD qed issegwi dak kollu li qiegħed jintqal dwar il-każ tal-art fil-Mistra
propjeta’ tal-Membru Parlamentari tal-PN Jeffrey Pullicino Orlando.
L-AD diġa tkellmet ċar fuq dak li huwa magħruf sa issa. Għaldaqstant f’dan
il-mument tħoss li jkun xieraq li tiddeplora l-attakki li qed isiru fuq il-Perit
Joe Falzon Uffiċjal tal-Verifika tal-MEPA.
L-AD jidhrilha ukoll li d-dewmien fil-konkuzjoni tal-investigazzjoni
mill-awtoritajiet kompetenti qiegħed inissel diversi suspetti. Każijiet ferm
iktar ikkumplikati ħadu inqas minn 48 siegħa biex ġew konklużi. Iktar dewmien
ser jirrinforza l-idea ġenerali li hemm min irid imewwet il-każ.
Nittamaw li l-investigazzjonijiet, li ilhom ghaddejjin iktar minn xahrejn, jiġu
konklużi. Il-konkluzjonijiet flimkien ma dawk tar-rapport tal-Uffiċjal
tal-Verifika tal-MEPA għandhom iwasslu biex mingħajr dewmien tkun magħrufa minn kulhadd l-istampa kollha. Aktar ma huma gravi l-każijiet aktar għandhom jitħaffu l-proċeduri u r-riżultati ta’ l-investigazjoni. B’hekk biss tista’ tikber
il-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet tal-pajjiz.