Attard Ta’ Fġieni

Attard - Ta\' Fgieni 

 

 

Flimkien ma residenti ta’ Ħ’Attard kif ukoll kunsilliera tal-PN, AD u MLP fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard ħadt sehem f’konferenza stampa f’Ta’ Fġieni Attard fi Triq Lorenzo Manche dwar biċċa art li għal snin twal ma kienitx meqjusa li għandha tinbena.

 

L-attivita kienet organizzata mill-NGO ambjentali  Flimkien għal Ambjent Aħjar u għaliha kienu preżenti ukoll il-Membri Parlamentari tal-PN Charlo Bonnici u David Agius.

 

Ir-residenti ta’ Ħ’Attard ilhom snin twal imwegħda mill-Kunsill Lokali li din l-art ser tkun żviluppata bħala area għall-użu tal-pubbliku, bħala żona ħielsa mill-bini fejn il-familji jkunu jistgħu jirrikreaw ftit ruħhom. Din kien ikkonfermat waqt l-attivita’ mill-Professur Henry Frendo, li kien l-ewwel Sindku ta’ Ħ’Attard.

 

Meta l-MEPA ħarġet l-abbozz tal-pjan lokali għaż-żona Ċentrali ta’ Malta – li minnha Ħ’Attard jifforma parti din l-art kienet meqjusa bħala li għandha tkun meħlusa mill-bini. Immarkata bl-isfar f’din l-ewwel pjanta kienet tfisser li kienet parti minn triq jew riżervata għall-karozzi.

 

Iżda meta ħarġet il-verżjoni finali tal-pjan din l-art bidlet il-kulur u issa saret tajba għall-bini.

 

Kontra dan li qed jipprotestaw ir-residenti. 

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s