L-NGO Internazzjononali, WWF (World Wildlife Fund) għadha kif ippubblikat ir-rapport intitolat 2010 and Beyond.Rising to the Biodiversity Challenge.
F’dan ir-rapport huwa dokumentat kif il-biodiversita globali hi mhedda u li hemm dubji serji kemm il-miri tal-Konvenzjoni għad-Diversita’ Biologika iffirmata f’Rio fl-2002 jistgħu jintlaħqu.
Qegħdin biss sentejn il-bogħod mid-data meta huwa meħtieġ li nirrappurtaw kif intlaħqu l-miri tal-Konvenzjoni, u ċjoe kif bidet tiġi protetta l-biodiversita’ fuq livell globali, reġjonali u lokali. Sal-2010 huwa meħtieg li l-pajjiżi firmatarji kollha ta’ din il-Konvenzjoni jirrappurtaw dwar l-istat tal-biodiversita’ fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Anke Malta, prinċipalment bħala riżultat tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea irridu nagħtu rendikont tal-ħidma tagħna. Il-miri tal-Unjoni Ewropea huma iktar iebsin : li jiġi kompletament imwaqqaf telf mill-biodiversita’ fl-EU.
Dawn il-miri intlaħqu f’Malta ?
Xi snin ilu d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent f’Malta kien ħejja Strateġija dwar il-Ħarsien tal-Biodiversita’ f’Malta. X’sar minnha din? Meta ser tkun implimentata.
Veru każ li l-Ministru ġdid tal-Ambjent huwa mgħobbi ħafna !