ADT b’Chairman Eżekuttiv ukoll !

 

 

 

Il-bieraħ tħabbar il-Bord il-ġdid tal-ADT – l-Awtorita dwar it-Trasport f’Malta. Tħabbar fost l-oħrajn li din għandha Chairman Eżekuttiv.

 

Jiena ngħid għalija ma fhimtx sewwa sew għaliex inħatar Chairman Eżekuttiv, meta ftit tax-xhur ilu l-Awtorita’ ħatret CEO ġdid fjamant. Għalfejn żewġ kaptani ?

 

 

By carmelcacopardo Posted in ADT Tagged

Il-Gvern għandu jispjega għaliex neħħa l-eko-inċentivi

 

Fi stqarrija illum, kelliema ta’ Alternattiva Demokratika -The Green Party esprimew it-tħassib tagħhom għat-tneħħija ħabta u sabta ta’ l-eko-inċentivi għall-konsumaturi li jagħżlu li jakkwistaw appliances li jużaw l-elettriku b’mod aktar efficjenti. Il-Kelliem ta’ l-AD dwar l-iżvilupp sostenibbli, l-Perit Carmel Cacopardo qal: L-eko-inċentivi jippremjaw lil dawk il-konsumaturi li jagħmlu għażliet bil-għaqal. Min jixtri appliances li jaħlu anqas elettriku, minbarra li jkun qiegħed jonfoq anqas f’kontijiet ikun qed jgħin lis-soċjeta’ kollha kemm hi billi jgħin biex jonqos it-tniggis u anke l-użu ta’ enerġija elettrika, li kif nafu tiswa lill-pajjiż miljuni ta’  Ewro fis-sena. L-eko-incentivi fuq appliances aktar effiċjenti huwa strument tajjeb u l-gvern għandu jagħti spjegazzjoni ċara għaliex mar lura kuq kelmtu u neħħa dawn l-inċentivi f’daqqa waħda.

 

Il-Kelliem ta’ AD dwar l-industrija, l-enerġija u l-innovazzjoni, Ralph Cassar qal: Malta għandha obbligi internazzjonali li tnaqqas it-tniggis. AD temmen ukoll li l-gvern għandu obbligu lejn il-Maltin u l-Għawdxin, obbligu li jippromwovi politika li tħares il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies. Eko-inċentivi li jħajjru lill-konsumatur u anke lill-imprenditur jixtri u joffri prodotti b’teknoloġija moderna li tnaqqas l-konsum ta’ l-elettriku huwa mod wieħed kif il-gvern jista’ jersaq aktar viċin li jilħaq l-miri ta’ l-UE dwar t-tniggis u l-tibdil fil-klima u kif inaqqas l-effetti tat-tniggis fuq is-saħħa tal-pubbliku.

 

Il-fatt li tneħħa l-eko-inċentiv fuq l-appliances jixhed kemm il-wegħdi ta’ qabel l-elezzjoni fuq dan il-punt kienu fiergħa. L-AD issa tistenna biex tara  kif il-PN ser jimxi fuq il-wegħdiet ambjentali l-oħra tiegħu.”

 

 

 

Riklami

 ir-riklam tas-Shell li dwaru sar l-ilment

 

Fir-riklami mhux darba li jingħadu affarijiet li ma jkunux preċiżi. Xi drabi fil-fatt nitbissmu b’uħud mir-riklami. Dan ikun minħabba esagerazzjoni fil-mod kif jiġi ppreżentat il-punt.

 

Imma hemm riklami li jagħtu informazzjoni żbaljata dwar materji ambjentali. Dawn jistgħu jqarrqu u b’hekk jittamaw li jiġbdu klijenti addizzjonali minħabba l-messaġġ ambjentali imwassal.

 

Reċentement, fir-Renju Unit ġie ippubblikat ir-rapport annwali għas-sena 2007 tal-Advertising Standards Authority. F’dan ir-rapport jingħad li kien hemm żieda drammatika f’ilmenti dwar materji ambjentali f’410 riklam, u dan meta mqabbel mal-ilmenti dwar 83 riklam fis-sena 2006.

 

In-nies qed titħawwad b’min jgħid mod u min jgħid ieħor.

 

Fost ir-riklami eżaminati kien hemm wieħed tas-Shell li wera l-fjuri ħierġin miċ-ċmini, ieħor dwar ir-Ryan Air (fuq kemm l-avjazzjoni tikkontribwixxi għall-emissjonijiet) u ieħor dwar it-Toyota Lexus li juża l-kliem “High Performance, Low Emisions, Zero Guilt”. L-Awtorita ikkonkludiet li l-użu tal-kliem Zero Guilt kien “misleading” għax jimplika li din il-karozza m’għandha l-ebda, jew kważi l-ebda impatt ambjentali.