Id-Direttiva WEEE (Waste Electronic and Electric Equipment) tal-Unjoni Ewropea tapplika għal Malta. Iżda bħal numru ta’ affarijiet oħra għad ma bdietx tiffunzjona f’Malta. Din id-Direttiva tistabilixxi li l-produtturi u dawk li jirrappreżentawhom huma responsabbli biex jiġbru l-apparat elettroniku u elettriku li jkun għamel żmien u jassumu r-responsabbilta għar-riċiklaġġ tiegħu.
Allura ma nifhimx għaliex il-WasteServe qed tiftaħar li ġabret mal-5000 sett tat-TV u li ser tieħu ħsieb li tirriċiklhom.
Din m’hiex responsabbilta’ tal-Wasteserve. L-ispiża għandu jġorrha ħaddieħor u mhux il-kaxxa ta’ Malta.