Dak li jintefaq fit-tixħim jista’ jinqata’ bħala spejjes fir-returns tat-taxxa tad-dħul ?
Naħseb li qed tgħidu, dan biex ġej illum.
Il-Jerusalem Post nhar is-26 ta’ Marzu 2008 jirrapporta dwar każ li wasal sal-Qorti fl-Iżrael u li ġie deċiż f’Jannar 2008.
Il-każ jidher li ġara f’pajjiż Afrikan fi proġett agrikolu li fih kienet involuta kumpanija Iżraeljana.
Il-Jerusalem Post jirrapport hekk :
“The court stated that recognizing bribes as an expense would turn the Israeli public, which pays taxes, into accomplices of such deeds. At the moral level, such behaviour does not fit in with the values of the state of Israel. Any other conclusion would contradict the intention of the legislature. Consequently, as a matter of principle, the court rejected the taxpayer’s claim to deduct bribe payments as an expense for Israeli tax purposes.
Furthermore, at the practical level, the payments were not well documented at the time they were incurred and could not be proven. The recipients, when recorded at all, were referred to merely by code names. The court ruled that the documentation that existed was insufficient to serve as evidence of the amounts claimed as an expense.”
Min jaf, kieku l-ħlas sar b’cheque ……………
Hemm stennija dwar jekk hux ser ikun ippreżentat appell.