Chernobyl : it-22 anniversarju

majjal imwieled f’Chernobyl fl-1986

 

Nhar il-Ġimgħa 25 t’April kien it-22 anniversarju tad-diżastru nuklejari ta’ Chernobyl, fl-Ukrajina.

 

Fil-lejl bejn il-25 u s-26 t’April 1986 sploda r-rejattur numru 4 tal-impjant nuklejari ta’ Chernobyl. L-impatt tar-radjuattivita fuq medda kbira ta’ art mad-dawra kien bejn 30 u 40 darba tal-impatt fuq Hiroshima fl-1945. Effettwa ukoll il-pajjiżi diversi, fosthom dawk ġirien u iktar ukoll.

 

L-imwiet bħala riżultat tal-isplużjoni kienu 56 diretti u madwar 9,000 oħra li żviluppaw il-cancer bħala riżultat tar-radjazzjoni li kienu esposti għaliha.

 

Effettwa ukoll lill-annimali kif jidher mir-ritratt li qed jakkumpanja dan il-post.

 

Il-Punent kien induna b’dan l-inċident minn indaġni li saret fl-Isvezja nhar is-27 t’April 1986 meta kien instab li ħaddiema tal-impjant nuklejari f’Forsmark l-Isvezja kellhom indikazzjonijiet ta’ radjuattivita fuq ħwejjiġhom u dan ma kienx ġej mill-impjant Svediż.

 

 

Fortunatament rari jkollna inċidenti ta’ dan it-tip. Ma jfissirx dan li l-enerġija nukleari hi aċċettabbli. Tikkawża ħafna problemi.  Imma dawk niddiskutuhom f’xi okkażjoni oħra.

Raqda Twila

Austin Gatt (Ministru tat-Trasport) ħareġ direttivi lill-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) biex tkun l-Awtorita’ innifisha li tieħu ħsieb it-testijiet meħtieġa biex jiġu ċċertifikati x-xogħolijiet fuq it-toroq.

Ix-xogħol għandu jsir sewwa. Min ma jagħmilx xogħol sewwa għal fuq il-black list qal Austin Gatt.

M’hemm xejn ħażin f’dak li qal Austin.

Li hu ħażin huwa li kien hemm il-ħtieġa li jgħidu. Jirrifletti x’tip ta’ management għandha l-ADT. Għax jekk dawn l-affarijiet ovvji kien hemm ħtieġa li jingħadu, jidher li kien hemm min ilu rieqed raqda twila.

Biex tara d-direttiva ghafas hawn: Ministerial Policy Directive 28/04/2008