F’artiklu ppubblikat fl-Independent l-Ingilterra huwa spjegat kif minn studju riċenti li sar matul dawn l-aħħar tlett snin mill-Universita’ ta’ Kansas fl-Istati Uniti ta-Amerika anke l-produttivita tal-GMOs hi dubjuża.
Dan minħabba li spiss jiġi repetut l-argument illi l-GMOs huma neċessarji biex jingħeleb il-ġuħ fid-dinja. Fil-fatt, jirriżulta minn dan l-istudju illi s-soya ġentikament modifikata tipproduċi 10% anqas mill-ekwivalenti tagħha konvenzjonali.
Dan apparti l-ħsara lill-biodiversita kif ukoll il-potenzjal ta’ effett negattiva fuq is-saħħa li ma ġiex mistħarreg biżżejjed.