PM2.5

Nhar l-14 t’April 2008 il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea approva direttiva ġdida dwar il-kwalita’ tal-arja. Għall-ewwel darba din id-direttiva tistabilixxi l-limiti massimi ta’ dawk li huma msejħa PM2.5 fl-arja. Dawn huma frak żgħir (fine particle emissions) ta’ daqs inqas minn 2.5 micrometres.

Dawn l-emissjonijiet joriġinaw l-iżjed minn mezzi ta’ transport (karozzi, trakkijiet) u billi huma żgħar ħafna jiġu depożitati fil-pulmun b’mod li huma l-kawża ta’ ħafna mard respiratorju fosthom l-ażma.

Din id-direttiva tobbliga lill-istati membri, Malta inkluża biex sas-sena 2020 inaqqsu l-emossjonijiet ta’ PM2.5 b’20% fuq il-livelli li jiġu stabiliti fl-2010 (ara stqarrija tal-Kunsill tal-Ministri tal-EU hawn).

Il-MEPA tippubblika rapporti dwar il-kwalita ta’ l-arja. L-aħħar rapport ippubbikat huwa dak li jwassal sal-2005 (). Meta tidħol fis-seħħ din id-direttiva l-ġdida jkun hemm l-obbligu ukoll li tiġi ippubblikata informazzjoni dwar il-PM2.5.

Sadanittant il-Gvern għandu l-obbligu li jibda jippjana kif ser jimplimenta din id-direttiva.