CSR Day

 

 

Impjegati ta’ diversi kumpaniji f’Malta nhar id-19 ta’ Marzu li għadda ħadu sehem f’CSR Day. (CSR tfisser Corporate Social Responsibility.)

 

L-attivita’ f’dan il-jum kien jikkonsisti filli f’ġurnata li kienet festa pubblika, dawn il-ħaddiema għamlu xogħol volontarju f’diversi istituzzjonijiet bħal Dar Vajrita f’Marsaskala, l-Għabex fl-Aġenzija Appoġġ ġewwa Fleur de Lys, f’Angela House Gwardamanga, fil-Hostel tar-Richmond Foundation ġewwa l-Floriana, f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera, fir-residenza tar-refuġjati ġewwa l-Good Shepherd Home ġewwa Ħal-Balzan u fil-Fondazzjoni Arka ġewwa Għawdex.

 

 

Dawn l-impjegati ġew minn diversi postijiet tax-xogħol : minn Deloitte and Touche, Gasan Group of Companies, HSBC Malta, M. Demajo Group, Middlesea Group, Mizzi Organisation, Simonds Farsons Cisk plc, and the Vodafone Malta Foundation. Fil-waqt li sabu l-appoġġ mill-kumpaniji fejn jaħdmu dawn l-impjegati taw parti mill-ħin liberu tagħhom. Prosit.

 

 

Imma dan huwa biss parti żgħira minn dak li jfisser CSR. Li l-kumpaniji jinkoraġixxu lill-impjegati tagħhom biex jimpenjaw ruħhom b’dan il-mod huwa posittiv. Imma hemm bżonn ukoll li dawn il-kumpaniji, u oħrajn, jidħlu ftit iktar fil-fond fuq l-impatti negattivi tal-ħidma tagħhom fuq is-soċjeta u jgħidulna kif dan ser jiġi mnaqqas. Dan li qiegħed iseħħ f’pajjiżi oħra. Żewġ kumpaniji f’Malta bdew jippubblikaw dawn l-affarijiet. L-oħrajn għadhom ftit lura.

 

By carmelcacopardo Posted in CSR Tagged

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s