
Jidher li t-tmiem tal-ħakma ta’ Robert Mugabe qiegħed fil-qrib.
Ir-riżultati tal-elezzjoni ħerġin bil-mod u f’Harare, l-belt kapitali taż-Zimbabwe hemm ħafna għidut. L-Opposizzjoni qed tgħid li rebħet b’maġġoranza komda imma r-riżultati finali m‘hemmx li joħorġu.