Ir-Riforma tal-MEPA : (5) L-Uffiċjal tal-Verifika (Audit Officer)

 

 

L-Uffiċjal tal-Verifika (Audit Officer) tal-MEPA matul dawn l-aħħar xhur kien fl-aħbarijiet minħabba li b’mod konsistenti kien l-uniku leħen kritiku tal-MEPA.

Ir-rwol tiegħu ilu jiżviluppa madwar 4 snin. Għal tlett snin ħdimt fl-uffiċċju tiegħu u għaldaqstant għandi iktar minn idea tajba dwar il-ħidma tiegħu. Huwa jinvestiga l-ilmenti li jirċievi, kif ukoll jieħu l-inizzjattiva li jinvestiga fejn iħoss il-ħtieġa għal dan. Meta jikkonkludi l-investigazzjoni jibgħat ir-rapport bil-konkluzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Bord tal-MEPA. Il-Bord tal-MEPA jiddeċiedi jekk jimpilmentax dak li jkun irrakkomanda l-Uffiċjal tal-Verifika u wara jibgħat ir-rapport lill-Ministru. Meta l-Bord tal-MEPA jibgħat ir-rapport lill-Ministru huwa obbligat li jinfurmah jekk ikunx laqa’ r-rakkomandazzjonijiet u f’każ li le hemm l-obbligu li jispjega għaliex. Din hi l-posizzjoni sal-lum.

F’ġieh it-trasparenza u l-kontabilita hemm bżonn li l-affarijiet jitjiebu u riforma tal-MEPA tista’ tgħin biex dan isir.

Punt inportanti li dwaru diga’ kien hemm diskussjoni pubblika huwa l-mod kif tkun imħarsa l-indipendenza ta’ dan l-uffiċċju. Indipendenza manifestata ukoll fl-għażla tal-istaff tiegħu. Mingħajr ma noqgħod nidħol fl-argumenti kollha li żviluppaw is-sajf li għadda jkun għaqli jekk ir-riforma tal-MEPA tiddistakka lill-MEPA innifisha mill-għażla tal-Uffiċjal tal-Verifika. Matul is-sajf  tal-2007 faqqset il-proposta li dan l-uffiċċju jgħaddi taħt ir-responsabbilta tal-uffiċċju tal-Ombudsman. Kif spjegajt il-bieraħ fir-raba’ parti ta’ din is-serje ta’ kummenti naħseb li jkun iktar għaqli li l-ħatra tal-Uffiċċjal tal-Verifika u per konsegwenza l-ħarsien tal-indipendenza tiegħu tgħaddi għand il-Parlament permezz tal-Kumitat Magħżula għall-Ippjanar tal-Iżvilupp u fl-istess ħin ikun ta’ assistenza għalih fir-rwol tiegħu ta’ sorveljanza tal-MEPA.

(ikompli)

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s