Gvern ta’ Koalizzjoni

 

hor_gray1.jpg

 

 

Gvern ta’ Koalizzjoni jfisser Gvern flimkien bejn żewg partiti politiċi differenti jew iktar. Partiti li fil-waqt li ma jaqblux f’kollox kapaċi jidentifikaw dawk l-oqsma li jistgħu jindirizzaw flimkien għall-ġid tal-pajjiż. 

Ilu ma jkollna Gvern ta’ Koalizzjoni f’pajjiżna sa minn qabel ma twelidt jien. B’daqshekk ma jfissirx li dan m’huwiex possibli li jsir. Ifisser biss li sal-lum ghal iktar minn ħamsin sena kellna Gvernijiet ta’ partit wieħed li mexxew waħedhom. 

Kellna Gvernijiet li jikkuntrastaw, wieħed wara l-ieħor. Gvern favur is-sħubija mal-Unjoni Ewropea kien segwit b’ieħor li kien kontra s-sħubija u ffriża l-applikazzjoni. Biex ftit wara reġgħet inqalbet il-folja. Jista’ jibqa’ jkollna gvernijiet li jikkuntrastaw bil-goff b’dan il-mod ? B’politika li titbandal minn favur għal kontra u lura ?   Għandna bżonn li f’pajjiżna nxettlu politika ta’ kunsens. Politika li dwar materji fundamentali  tista’ twassal lill-partiti fi qbil kif ġja sar fuq il-leġislazzjoni finanzjarja tul is-snin.   

Bl-Alternattiva Demokratika bħala parti minn Gvern ta’ Koalizzjoni ġimgħatejn oħra jfisser illi jkollna Gvern li jaħdem biex jagħmel suċċess mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Ifisser ukoll illi jkollna Gvern li mhux biss jitkellem favur l-ambjent iżda jaħdem il-ħin kollu b’mod li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tagħna lkoll.  

Fuq kollox Gvern ta’ Koalizzjoni jfisser illi għall-ħames snin li ġejjin ma jkollniex partit politiku li għandu poter assolut. Għax il-poter ikun f’idejn żewġ partiti, t-tnejn għassiesa li ħadd ma jabbuża.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s