Il-ġimgħa l-oħra ż-Żgħażagħ tal-Alternattiva Demokratika ppubblikaw Manifest Politiku li jiġbor fih proposti għal azzjoni mifruxa fuq 40 paġna. Il-proposti tagħhom huma miġbura taħt tlett titli : l-ekonomija, l-politika soċjali u l-ekoloġija.
Il-Manifest sħih jista’ jinqara b’mod elettroniku :
http://www.alternattiva.org.mt/filebank/documents/ADZ%20Youth%20Manifesto%202008.pdf.
Dan il-Manifest jirrifletti fuq kif iż-Żagħżagħ f’Malta qed jiffaċċaw il-futur u jidentifika l-proposti ta’ azzjoni meħtieġa biex il-politika tkun ta’ katalist : tgħin liż-żagħżagħ iwettqu l-ħolma tagħhom.
B’sodisfazzjoni osservajt li l-Manifest taż-Żgħażagħ AD jirnexxielu jinseġ flimkien il-poltika soċjali u ambjentali u b’hekk iwassal messaġġ importanti li l-politika ambjentali hi għodda utli għat-twettiq ta’ gustizzja soċjali ukoll .
Ezatt Sur Cacopardo!!
Il- Bniedem ma nistghux nifirdulu elementi socjali u ekonomici mill-origini u n-natura tieghu stess i.e. l-ambjent. Huwa z-zmien li nharsu lejn kull cittadin minn vizjoni holistika, li fl-ahhar mill-ahhar mhu xejn hlief ghall- gid tieghu.
Aparti d-dedikazzjoni u l-kontribut lejn il-partit, nirringrazzjak tal- principji demokratici VERI li thaddan ghall- gid tas-socjeta’ Maltija. L-isbah xewqat u Awguri 🙂
Debbie