Mill-blog ta’ George Pullicino

gonzigeorge.jpg    

 

 

Fil-blog tiegħu George Pullicno (http://georgepullicino.blogspot.com/) nhar il-Ħadd 17 ta’ Frar 2008 kiteb hekk :

 “Illum wara nofsinhar kien hawn min ħaseb li billi jippubblika rapport mhux finali ta’ l-uffiċċju ta’ l-awditur tal-MEPA, kien ser iħammarli wiċċi. Jien mhux talli ma ħammarlix wiċċi, talli jien kburi li qdejt ir-responsabilitajiet tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-imaniġġjar ta’ l-iskart biex nevitaw li pajjiżna jgħaddi minn dak li għaddejjin minnu pajjiżi ġirien tagħna.” 

Xejn ma niskanta li wiċċu m’għadux jiħmar. Kollox jindara!

 

Fis-snin 70 il-Ministru Soċjalista inkarigat mill-Ippjanar kien jabbuża u jindaħal fejn ma jesgħux kif ġie ippruvat fil-Qrati Maltin. Imma dakinnhar ma kienx hemm istituzzjonijiet.

 

Illum hemm l-istituzzjonijiet. Pullicino hu responabbli biex illum fl-2008 dawn l-istituzzjonijiet huma bla snien. B’hekk meta jindaħal min  ma jesgħux, bħalu, ħadd m’hu kapaċi jiddefendi l-interessi tal-pajjiż.

 

Il-problema hi li hu kburi b’dak li għamel. X’aktarx li għadu ma fehem xejn dwar il-ħsara li għamel !

Il-Membru Parlamentari

hor_gray.jpg

Din m’hiex elezzjoni dwar min ser ikun Prim Ministru għall-ħames snin li ġejjin biss. Hi fuq kollox l-elezzjoni tal-65 membru tal-Parlament Malti.

Irrispettivament minn min ikun Prim Ministru huwa neċessarju li kull wieħed mill-64 membru l-oħra tal-Parlament ikun kapaċi jiftaħ ħalqu fuq dak li qiegħed jiġri madwaru. Irid ikun kapaċi jkun kritiku b’mod oġġettiv.

Jekk dan iseħħ hu rrelevati min ikun il-Prim Ministru. Għax b’ Membri Parlamentari ta’ stoffa l-ebda Prim Ministru ma jissogra jagħlaq għajnejh għal dak li jkun qiegħed jiġri madwaru.

  

Din hi waħda mir-raġunijiet li mmotivatni nerġa’ nikkontesta l-elezzjoni ġenerali, din id-darba f’isem l-Alternattiva Demokratika.

Biegħuna

2270447737_c88323acde1.jpg

20060904gonzipolidanocylind.jpg

  

Il-finanzjament tal-politika mill-industrija tal-kostruzzjoni għerriet lill-pajjiż.

Hemm bżonn li jkun regolat il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-aktar fis possibli.

Il-partiti li sal-lum kienu fil-Parlament f’dawn l-aħħar 42 sena kull tant jitkellmu ftit fuq dan imbagħad malajr jinsew kollox ! Għax moqdijin !

Jekk tkun taf min qiegħed jiffinanzja l-politika tkun tista’ tifhem iktar id-deċiżjonijiet li jittieħdu. Tifhem għaliex BIEGĦUNA.