Għandi nippubblika r-rapport dwar l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant Antnin f’Marsaskala jew kif qal Lawrence Gonzi għandi nħalli f’idejn l-istituzzjonijiet ?
X’istituzzjonijiet ?
Il-MEPA oġġezzjonat li jkun ippubblikat għax qalet li dan jippreġudika l-posizzjoni tagħha. Il-MEPA nistaqsi mhux suppost li qegħda hemm biex tiddefendi lill-komunita kollha, u allura għax qed tipprova taħbi mill-istess komunita’ rapport li jitfa dawl kif taħdem hi ?
Il-Perit Joe Falzon Awditur tal-MEPA iddeplora d-dikjarazzjoni tiegħi li ser nippubblika ir-rapport. Għandi rispett kbir lejn il-Perit Falzon. Id-dikjarazzjoni tiegħu hi motivata mir-rispett lejn l-istituzzjonijiet. Jibqa’ jirrispetthom anke meta jaf li fallew.
L-Ombudsman fuq talba tal-MEPA qal li jkun xieraq li r-rapport jibqa’ mistur.
F’ċirkustanzi normali dan l-argument huwa wieħed validu. Fejn l-istituzzjonijiet jimxu sewwa u jaqdu l-funzjonijiet tagħhom dan huwa atteġġjament validu. Imma fil-każ in eżami fejn l-istituzzjonijiet huma f’kompliċita biex jgħattu u jaħbu għandi l-obbligu morali li nikxef. Dan nagħmlu b’sens ta’ responabbilta’.
Matul il-ġimgħat li għaddew kelli diversi talbiet biex noħroġ ir-rapport mingħajr ma nidher. Stajt għamilt hekk imma għażilt li r-rapport nippubblikah jien biex nerfa’ r-responabbilta kollha għal din l-azzjoni.
L-opposizzjoni għall-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport min-naħa tal-Gvern turi kemm id-dikjarazzjonijiet favur trasparenza u d-dritt għall-informazzjoni huma finta.
It-48 siegħa jagħlqu illum il-Ġimgħa 15 ta’ Frar 2008 fil-5.30pm. F’xi ħin għada matul il-jum tas-Sibt ir-rapport ikun ippubblikat u jkun jista’ jinqara fuq il-website tal-Alternattiva Demokratika.
Jien tal-fehma li:
1. l-Ombudsman mhux qed jiddefendi bizzejjed l-interess u s-sigurta tac-cittadin iz-zghir. Jaf li biex jiddefendi l-interessi u sigurta tieghu f’dak li ghandu x’jaqsam mal-bini, ic-cittadin irid jidhol f”kawza l-qorti. Il-batut u vulnerabbli m’huwiex protett kontra l-abbuzi ta’ xi zviluppaturi. L-Ombudsman jidher li hasel idejh. Gonzi wkoll jaf b’dan u sa issa ma ghamel xejn.
2. Joe Falzon ragel kbir izda rabtulu idejh u jinsab bla snin – b’hekk ma jistax jikkritika aktar l-istituzzjonijiet.
3. Il-fatt li issa l-PM qed iwieghed li hu stess ser jiehu f”idejh L-Ambjent, MEPA etc hija ammissjoni li l-Istituzzjonijiet governattivi hawn Malta fallew bi kbir. J’Alla li l-affarijiet jittrangaw minn amministrazzjoni gdida – tkun liema tkun!