George Pullicino biss ?

mepa4.jpg                                  gonzigeorge.jpg

Huwa korrett l-editorjal tal-Orizzont illum meta jistaqsi : Pullicino biss huwa responsabbli ?  Dak li ilu jingħad żmien twil suppost li semgħu kulħadd. L-Uffiċċju tal-Verifika tal-MEPA (Audit Office) fiż-żmien li kont naħdem fih jiena ħejja madwar 300 rapport dwar diversi aspetti tal-operat tal-MEPA. Uħud fuq affarijiet żgħar, iżda oħrajn fuq materji ta’ prinċpju.L-Uffiċċju tal-Verifika poġġa l-ħidma tal-MEPA taħt il-lenti u għamel bosta rakkomandazzjonijiet dwar kif il-ħidma tal-Awtorita’ tista’ titjieb b’mod sostanzjali. Iżda fuq ħafna affarijiet qiesna konna qed nitkellmu mal-ħajt. Għalhekk ġejt imwarrab mill-ħidma li kont qiegħed nagħmel. Għax l-investigazzjonijiet li mexxejt identifikaw id-difetti u f’xi każi min kien responsabbli għalihom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, Lawrence Gonzi (li kif jaf għandi rispett kbir lejh fuq livell personali) kull ma jista’ jagħmel hu li jdur fuq il-mera, iħares sew jipponta sebgħu u jgħid : ħtija tiegħek. George Pullicino għandu responsabbilta’ kbira għall-qagħda attwali tal-MEPA għax ilu politikament responsabbli għaliha b’mod dirett sa minn Settembru 1998 meta kien għadu Segretarju Parlamentari taħt Tonio Borg. Gonzi iżda wieżnu u huwa responsabbli daqsu għal dak li ġara. Il-piż iridu jġorruh it-tnejn. M’hemmx dubju li nhar it-8 ta’Marzu 2008 ser jifhmu sew x’inhuma jħossu n-nies. 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s