Inginier Dr. Patrick Attard huwa kandidat iehor gdid tal-AD. Ser jikkontesta fuq il-5 Distrett (B’Bugia, Kirkop, Marsaxlokk, Imqabba, Qrendi, Safi, Zurrieq, Bubaqra) u t-12-il Distrett (Mellieha, Naxxar, San Pawl il-Bahar).
F’intervista ppubblikata F’Illum tal-Hadd 10 ta’ Frar 2008 spjega l-posizzjoni tieghu. L-intervista li saret minn Julia Farrugia hi intitolata : L-ewwel kandidat dikjarat gay.
Patrick ghandu 28 sena huwa inginier b’dottorat minn Stuttgard fil-Germanja.
Uhud mill-kummenti tieghu fl-intervista :
* L-istudji juru li biex ekonomija tahdem u tirnexxi hemm it-tliet Ts. Dawn huma t-talent, it-teknologija u t-tolleranza.
* Il-poplu mexa hafna f’dawn l-ahhar hames snin, imma l-politikanti ghadhom lura.
* L-Alternattiva Demokratika hi l-uniku partit sekulari u fuq dan zgur li hi l-uniku partit alternattiv li jiehu hsieb temi li l-partiti l-ohra dejjem bezghu imissu maghhom.
Kif qal ukoll Patrick fl-intervista hawn bosta anke fil-politika li huma gay imma li m’ghandhomx il-kuragg li juru dan. Malta zghira u kulhadd ftit jew wisq hu maghruf.
Il-messagg ta’ Patrick huwa wiehed car hafna : nuzaw it-talenti ta’ kulhadd, inkunu tolleranti. Pajjizna biex jimxi l-quddiem ma jista’ jwarrab lil hadd. Iva, flimkien kollox possibli. Nahdmu flimkien f’koalizzjoni.