Fil-Manifest ghall-Koalizzjoni l-AD qed tipproponi li progetti li dwarhom isir EIA (Environmental Impact Assessment) ikunu soggetti ghal referendum lokali.
Dan ikun jista’ jissejjah mir-residenti (10%) jew mill-Kunsill Lokali taghhom. Fejn progett ikun f’iktar minn lokalita’ wahda ikunu r-residenti w il-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet kollha direttament effettwati li jkunu jistghu jsejhu r-referendum lokali.
Id-decizjoni tar-referendum lokali jkun jorbot.
Dan ifisser illi wara li l-MEPA tigbor l-informazzjoni kollha u tassigura li l-process tekniku tal-pjanti u l-istudji jkun konkluz, tpoggi l-proposta ghall-konsiderazzjoni tal-pubbliku.
Jekk jintalab referedum fiz-zmien li jkun stabilit dan isir a spejjes tal-izviluppatur. Jekk il-progett ikun wiehed tal-Gvern ikun il-Gvern li jhallas.
Id-decizjoni tar-residenti tkun torbot.
Dan ikun ifisser li f’kaz bhal, per ezempju dak ta’ Hondoq ir-Rummien fil-Qala Ghawdex, fejn il-Kunsill Lokali organizza referendum li fih ir-residenti tal-Qala qalu le, il-progett propost ma jsirx.
L-istess ghandu jsir fil-kaz tal-Yacht Marina proposta f’Marsaskala. Hu inutli f’dan l-istadju li noqghodu nghidu favur jew kontra ghax dak li hu propost ghadu m’hux maghruf. Huwa wara li jkun maghrufa u li jsiru l-istudji necessarji li jkunu accessibli ghall-pubbliku li nkunu nistghu nikkummentaw.
B’hekk lehnek jinstema. Tkun inti li tiddeciedi. Dritt li dawk li joqghdu hdejn Pender Place San Giljan, jew hdejn il-Mistra Village fix-Xemxija San Pawl il-Bahar ma kellhomx.