Il-proposti ghall-koalizzjoni fil-qosor (2) Politika dwar id-Djar

logo2008_web2.jpg

Illum ser niffoka fuq il-proposti li l-Manifest ghall-Koalizzjoni jaghmel dwar il-politika tal-AD fuq id-djar.

Il-Manifest jidentifika dawn il-prijoritajiet :

1. Ir-riforma tal-Ligi tal-Kera tkun fuq nett fuq l-agenda tal-Gvern ta’ Koalizzjoni li jmiss. Hi riforma li trid issir b’mod gradwali li tirrispetta kemm lill-inkwilini kif ukoll lis-sidien u tkun gusta maghhom it-tnejn.  

2. L-AD fil-Gvern theggeg il-holqien tas-suq tal-kera. Bil-potenzjal ta’ mill-anqas 53,000 propjeta’ fuq is-suq tal-kera, il-kirjiet ikunu tali li jifilhu jhallsuhom il-Maltin, li issa jkollhom ghazla flok jissallbu b’self mill-bank ghal-40 sena.

3. Id-dhul mill-kera jkun soggett ghal rata ta’ taxxa tad-dhul imnaqqsa, 15%.

4. Jigu stabiliti standards minimi ta’ manutenzjoni tar-residenzi. 

5. Min minhabba l-mezzi tieghu ma jkunx jiflah ihallas il-kera jkun imwiezen mill-istat b’sussidji. Din l-ispiza tingabar bhala kontribuzzjoni minn fuq propjetajiet li m’humiex residenzi primarji jew sekondarji (villeggatura). Din il-kontribuzzjoni tkun ta’ 0.5% tal-valur tal-propjeta.

X’rispett ?

gonzigeorge.jpg 

Il-bieraħ il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ġie mistoqsi dwar is-sinifikat ta’ partijiet mill-ittra ta’ riżenja tiegħi mill-PN.Il-parti relevanti mill-ittra ta’ riżenja tiegħi minn membru tal-PN wara madwar 30 sena imsieħeb hi s-segwenti :

Meta sseħibt fil-Partit Nazzjonalista kont nidentifika ruħi bla diffikulta miegħu.  Iżda illum ilni żmien nagħmel sforz nistaqsi lili nnifsi jekk il-PN għadux l-istess Partit li jiena sseħibt fih fis-snin 70. Qiegħed nasal għall-konkluzjoni illi kieku kelli nagħmel l-għażla illum ma kontx nagħżel li nissieħeb.    Għal dan hemm bosta raġunijiet. Prinċipalment (iżda mhux biss) l-attitudni leġġera li bih il-Gvern immexxi mill-PN (kif ukoll il-PN innifsu) ħares lejn w aġixxa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika. Fil-konfront ta’ min mexa ħażin kontinwament isir attentat biex jinsatru u jitmewwtu l-affarijiet. Iżda imbagħad fil-konfront tal-ħidma tiegħi fil-MEPA jiena ġejt ostakolat milli nkompli l-ħidma li kont qed inwettaq fl-Uffiċċju tal-Verifika (Audit Office) b’elf skuża. Ir-raġuni vera ma tissemma qatt : li nibtet intolleranza għall-kritika u għal min kapaċi jaħseb b’moħħu. Min ma jittollerax il-ġbid tal-ispag qiegħed kontinwament jiġi imwarrab.”

Jiena smajt dak li qal Lawrence Gonzi bi tweġiba.Qal li jirispettani. Li jagħti każ ta’ dak li ngħid – kif jagħti każ tal-kritika kollha li ssir minni u minn kull min jaħdem favur l-ambjent. Li forsi seta’ sar iktar fil-qasam tal-ambjent. 

Lawrence : taf li dik m’hiex l-issue. Nifhem li mhux faċli li terfa’ dak li għabbiek bih ħaddiehor. Imma l-issue hi li jiena kont qiegħed nagħmel xogħol ta’ verifika (auditing) dwar materji ta’ ippjanar fl-użu tal-art u ambjent fil-MEPA u minħabba li kien hemm min ħassu skomdu ħafna bil-presenza tiegħi assigura ruħu li jiena ma nibqax hemm.Jiena naf li privatament inti esprimejt ruħek kontra dak li sar u għandi fil-pussess tiegħi dokument miktub minnek li juri dan. Ma nippubblikahx b’rispett lejn min għaddieli l-informazzjoni.Dan kollu jikkuntrasta bil-kbir mal-mod kif il-magna tal-Gvern u tal-PN ħarġet bil-qawwa kollha biex tiddefendi lil dawk li ma mxewx sewwa fil-qadi tal-inkarigu fdat lilhom. Dan minflok ma ġagħlithom jirreżenjaw minnufih.Lawrence : min jaf li sar il-ħażin u ma jaġixxix m’huwiex kapaċi jmexxi. Għalhekk tlaqt mill-PN.Isseħibt fl-Alternattiva Demokratika għaliex irrid nagħti messaġġ lil min bħali tilef fiduċja fil-PN taħt it-tmexxija tiegħek li hemm triq oħra li nistgħu nieħdu. It-tama tiegħi hi li mhux il-bogħod il-jum meta la l-PN u l-anqas l-MLP ma jkollhom maġġoranza fil-Parlament iżda li t-tnejn ikunu soġġetti  li jiftehmu mal-AD biex jiġi ffurmat Gvern ta’ Koalizzjoni. Dan biss jista’ jneħħi min-nofs l-arroganza ta’ Gvernijiet immexxija minn Partit wieħed.