Politika tal-lanzit – frott il-paniku

mugliett_jesmond-sm1.jpgdcg01.jpgbrincat_joe-sm1.jpg

L-artiklu tal-lum ta’ Daphne Caruana Galizia f’ The Malta Independent on Sunday bit-titlu Choose Labour for a New Beginning hu tat-tqalliegħ tal-istonku. Kumbinazzjoni jikkumplimenta l-billboards li tella’ l-PN madwar Malta illum.Ma tistax tpoggi lill-membri parlamentari laburisti fl-istess keffa. L-istess jgħodd ghall-dawk tal-PN.Daphne tiftakar fl-artiklu tagħha stess ta’ nhar il-15 ta’ Lulju 2007 fil-Malta Independent (daily) intitolat : Get rid of him, for God’s sake dwar il-Ministru Jesmond Mugliett. Dak l-artiklu kienet ikkonkludietu bis-segwenti kliem :“The Transport Minister’s behaviour in sticking his neck out for his corrupt canvasser is one of the nails that will lose the battle for this government – because, in turn, it made the Prime Minister stick out his neck for him, and now look what’s happened.”  Jesmond Mugliett u uħud mill-Membri Parlamentari Laburisti li semmiet ma hemmx x’tagħżel. Fl-istess ilma qegħdin.Inħoss iżda b’mod partikolari li kienet inġusta ma’ Joe Brincat, Shadow Minister għall-Ambjent f’isem il-Partit Laburista. Tajjeb li ngħid li Joe Brincat kien il-Ministru responsabbli ghall-Housing fil-legislatura 1976-81 li beda l-attakk kontra l-favoritiżmu politiku fl-allokazzjoni tal-housing socjali.Tant kien effettiv li fil-Partit Laburista dakinnhar ħadmu kontrieh u ma irnexxielux jitla’ fil-Parlament ħlief b’elezzjoni każwali. Kien hu ukoll l-uniku wieħed mill-grupp parlamentari laburista li kien preżenti ghall-funeral ta’ Raymond Caruana f’Diċembru 1986 fil-Gudja. Jekk niftakar tajjeb kien akkumpanjat minn ibnu.B’mod pubbliku kien l-uniku wieħed mill-MLP li dakinnhar iddisassoċja ruħu mill-vjolenza politika. Dakinhar kien Deputy Leader tal-MLP.Bħal kull wieħed minna għandu d-difetti tiegħu u mhux dejjem qbilt ma dak li jgħid.Imma jkolli nghid li nippreferi elf Joe Brincat minn nies bħal Jesmond Mugliett.B’artikli bħal tal-lum Daphne qegħda tippropaga politika tal-lanżit.Dan hu kollu frott il-paniku.

Advertisements

3 comments on “Politika tal-lanzit – frott il-paniku

  1. Ghadni kif qrajt l-artiklu dalghodu. Is-soltu ta certi gurnalisti li jikkritikaw u jattakaw personalment, imma meta jaslu biex jaghtu proposti alternattivi jehlu.

  2. Veru Andre, l-artiklu ta’ Daphne jidher li huwa panikuz ghall-ahhar. Dwar l-attakki ta’ Daphne …issa indraw sew u ghalhekk ma nahsibx li jhallu xi effett partikolari. Anzi nasal biex nghid li tellfu ghal kollox il-kredibbilta taghha f’ghajnejn nies li jirragunaw b’mohhhom.

  3. Dwar il-funeral ta’ Raymond Caruana jidhirli li mill-Grupp Parlamentari Laburista ta’ dak iz-zmien kienet attendiet ghailh ukoll Cettina Darmenia Brincat minbarra Joe Brincat. M’iniex cert imma ghax issa ghadda hafna zmien u j’Alla Raymond qieghed igawdi l-Glorja tas-Sema u qed jitlob ghalina minn hemmhekk.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s