Titjib mehtieg f’Marsaskala

marsaskala1.jpg

Il-bierah flimkien ma Harry Vassallo u Saviour Sammut iltqajt ma’ delegazzjoni tal-Assocjazzjoni Kummercjali ta’ Marsaskala li maghhom kellna diskussjoni utli hafna. Id-diskussjoni li kellna ffukat fuq id-diffikultajiet li tifaccja l-komunita kummercjali fil-hidma taghha.

Jixtiequ li x-Xatt ikun maghluq ghat-traffiku u li minflok tinholoq rotta alternattiva. Dan ikun ifisser lok iktar trankwill ghal min fil-ghaxijiet iqatta’ l-hin liberu tieghu f’dawn l-inhawi. Ifisser ukoll generazzjoni ta’ iktar negozju u xoghol.

Izda jfisser ukoll li l-inkonvenjent tat-traffiku ggenerat minn trid principali jista’ jiccaqlaq ghal inhawi godda li llum huma hielsa mill-istorbju u t-tniggis li tiggenera triq traffikuza. Dan l-inkonvenjent ghan-nies m’huwiex jinghata bizzejjed importanza.

Fissrulna ukoll il-proposta li ssir Yacht Marina f’Marsaskala. Filwaqt li jemmnu li din  tista’ tiggenera l-kummerc huma konxji li proposta bhal din meta attwata m’ghandhiex ixxellef il-karatteristici tal-bajja.

L-AD thoss li ma tistax tiehu posizzjoni la favur u l-anqas kontra yacht marina f’Marsaskala sakemm ma tkunx taf ezattament x’qieghed ikun propost.  Imbaghad, meta l-proposta tkun maghrufa ghandu jkun car li din hi materja li tinteressa l-komunita kollha ta’ Marsaskala. Ghandha tkun il-komunita kollha flimkien (komunita’ kummercjali flimkien mar-residenti) li b’mod matur tiehu decizjoni. Jekk mehtieg permezz ta’ referendum lokali. Dan isir wara li kulhadd ikollu l-opportunita li jkun jaf dak kollu li jkun qieghed jigi propost. F’dan il-kuntest l-awtoritajiet ghandhom jiffacilitaw diskussjoni matura li tista’ twassal ghal titjib fil-komunita kollha.

L-AD permezz tal-manifest elettorali taghha ser tinsisti illi proposti ta’ zvilupp ta’ din ix-xorta ghandhom ikunu rizolti b’dan il-mod wara process trasparenti. L-awtoritajiet ghandhom jassiguraw li l-informazzjoni tkun korretta u li l-aspetti teknici u ambjentali jkunu kollha indirizzati. Id-decizjoni johduha r-residenti. Ghax l-ippjanar dwar l-uzu tal-art ghandu jkun demokratizzat.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s