Dalghodu f’konferenza tal-ahbarijiet l-Alternattiva Demokratika ipprezentat lill-istampa manifest ghall-koalizzjoni. Jikkonsisti fl-izjed punti importanti li l-AD ser tinsisti dwarhom biex ikunu jiffurmaw parti mill-programm tal-Gvern ta’ Koalizzjoni li ser jigi elett fi ftit gimghat ohra.
L-Alternattiva Demokratika hi l-alternattiva ghal Gvern ta’ Partit wiehed. Hi l-ghodda li biha wara l-elezzjoni li gejja l-pajjiz ikollu gvern li jisimghu bis-serjeta matul il-hames snin kollha u mhux lejliet l-elezzjoni biss. Ghax il-lehen tieghek jinstema’ .
Il-manifest ghall-koalizzjoni jigbor fih proposti maqsuma f’sitt sezzjonijiet : ambjent, djarna, it-trasport taghna, il-familji taghna, l-ekonomija taghna, id-demokrazija u d-drittijiet taghna.
Huwa biss bl-Alternattiva fil-Parlament li jista’ jkollok garanzija li xejn ma jinheba taht it-tapit, u li l-ewwel Ministru li jabbuza ihallas ta’ ghemilu minnufih. Ghax bl-Alternattiva fil-Parlament l-ebda Prim Ministru m’hu ser ikollu c-cans joqghod jilaghab bil-kliem .
Bil-vot tieghek tista’ ssehh din il-bidla. Ghax kif jghid, iva flimkien kollox possibli !
(biex tara l-Manifest ghall-Koalizzjoni: Manifest – Bil-vot tieghek il-bidla)