Sant Antnin – Problema ta’ Kulhadd

Skart

L-impjant ta’ riciklagg tal-iskart f’SantAntnin Marsaskala ser jibda jopera f’dawn il-jiem.

Il-mod kif sar il-process fil-MEPA biex inhargu l-permessi juri d-difetti kollha tal-MEPA fl-aghar taghhom. X’jiswa’ li tisma’ lin-nies biex imbaghad ma taghtix kaz ta’ dak li jghidu?

Permezz ta’ l-awtoritajiet, il-Gvern irrombla minn fuq ir-residenti w irnexxielu ghal darba ohra jdawwar mizura li potenzjalment setghet taghmel il-gid f’wahda negattiva u diviziva. Principalment saru tlett zbalji :

L-ewwel : ma gewx meqjusa bis-serjeta’ siti alternattivi. Il-MEPA ippruvat tghaddi n-nies biz-zmien meta ghazlet siti zghar hafna bhala alternattivi ghal Sant Antnin, li ovvjament ma kienux meqjusa tajbin. Imbaghad approvat l-ghazla tas-sit ta’ Marsaskala f’laqgha li saret fil-maghluq !

It-tieni : min ikkordina l-istudju dwar l-impatt ambjentali kien maghzul mill-izviluppatur (f’dan il-kaz il-Gvern) u ovvjament ixaqleb lejn min fl-ahhar ser ihallas il-kont ghas-servizzi tieghu.

It-tielet : ma jidhirx li saru studji dwar l-impatt tal-hidma ta’ l-impjant fuq sahhet ir-residenti.

Dawn m’humiex problemi biss ghar-residenti ta’ Marsaskala u l-inhawi ta’ madwarhom ghax fis-snin li gejjin iridu jsiru ta’ l-inqas zewg impjanti ohra f’Malta u Ghawdex. Dak li gara f’Marsaskala jista’ jsehh ukoll f’lokalitajiet ohra jekk ma ssehhx bidla fil-mod kif jitmexxa dan il-pajjiz.

Din hi wahda mir-ragunijiet ghax huwa necessarju li l-Alternattiva tkun fil-Parlament.

L-Alternattiva qed tipproponi diversi mizuri fosthom :

1) li l-MEPA tinqasam f’awtorita’ dwar l-ippjanar u ohra dwar il-harsien tal-ambjent. B’hekk jonqsu l-possibiltajiet ta’ decizjonijiet li jinjoraw lin-nies;

2) li r-residenti jkunu jistghu kemm direttament jew permezz tal-Kunsill Lokali taghhom jitolbu li jsir referendum lokali biex jesprimu l-fehma taghhom dwar progetti kbar; u l-fehma taghhom torbot;

3) li jsir immedjatament l-istudju dwar l-impatt ta’ l-operat ta’ l-impjant fuq sahhet in-nies u fuq il-konkluzjonijiet tieghu isiru t-tibdiliet mehtiega.

B’hekk mhux biss jissolvew il-problemi li holoq l-impjant ta’ riciklagg ta’ l-iskart f’Marsaskala izda fuq kollox ma jinholqux l-istess problemi f’lokalitajiet ohra.

2 comments on “Sant Antnin – Problema ta’ Kulhadd

  1. Sfortunatament kullhadd, apparti simpattizzanti tal-partit Nazzjonalista, jindika li l-process ta’ l-ghazla ta’ Wied il-Ghajn bhala s-sit ghall-impjant ta’ riciklagg kellu irregolaritajiet kbar. Jien kont wiehed min dawn li tajt x-xiehda tieghi waqt prezentazzjoni tal-MEPA f’dik li kienet il-Jerma Hotel. Minghajr bzonn ta’ ebda studju sfidajt l-esperti prezenti u hadd minnhom ma gharaf jew indenja jmeri l-fatti li jiena ressaqt.
    Jiena staqsejt kif perit jista’ jikkonkludi li l-prezz tal-propjeta’ fl-akwati ma ntlaqtx bl-impjant meta jidher car li dan lanqas biss indenja jiccekja l-ahhar kuntratti ta’ bejgh ta’ din il-lokalita’.
    Jiena ddiskrevejt ukoll x’gara meta l-impjant inhakem minn nirien xi sentejn ilu. Sfidajt publikament lill-Wasteserv biex taghmel inkjesta pubblika fejn jiena kont lest nixhed kif haddiema tal-Wasteserv baqghu jahdmu meta kien hemm nar fl-impjant. Kif l-ebda pjan ta’ evakwazzjoni tar-residenti ma gie atwat u kif minghajr misthija l-ghada johorgu jghidu li kien att ta’ sabutagg. Jien kont fil-propjeta’ tieghi kwazi il-hin kollu u rajt kollox x’kien qieghed jigri. Ghaliex il-MEPA ma resqitnix biex nixhed?
    Ghaliex il-bini tal-mina sar meta decizjoni finali kienet ghada qed tiddiehed?
    Ghaliex l-ebda partit ma jrid jikkommetti ruhu li jnehhi l-impjant jekk jitla jew ikollu xi sehem minn gvern???
    Din is-sitwazzjoni diga rajniha f’Marsaxlokk bil-power station, kemm ser iddumu titrattawna tac-cwiec?
    Nappella lir-residenti tal-lokali kollha milqutin biex din id-darba ma jivvutaw lill-hadd!

  2. Il-problemi li jipponta subghajh lejhom Anthony Camilleri huma problemi reali.

    L-Alternattiva Demokratika kienet l-uniku partit politku konsistenti fil-kritika lejn il-progett tar-riciklagg tal-iskart f’Sant Antnin. L-AD flimkien mas-socjeta civili dejjem qalet “Le ghal progett kif propost.” Il-posizzjoni ghadha ma nbidlitx ghax ghadna konvinti li l-affarijiet setghu saru hafna ahjar.

    L-ewwel zball kbir illi sar kien li l-Gvern kemm direttament kif ukoll permezz tal-MEPA irrombla minn fuq kulhadd. Ma inghatatx piz lill-kritika gustifikata illi saret.

    It-tieni l-Bord tal-MEPA ma qediex il-funzjoni tieghu ta’ difensur tal-komunita u ghalaq ghajnejh ghal sensiela ta’ irregolaritajiet konnessi mal-ghazla tas-sit.

    It-tielet l-istudji li kellhom isiru dwar l-impatt fuq is-sahha tan-nies safejn hu maghruf ghadhom ma sarux.

    L-AD dejjem sahqet fuq dawn l-affarijiet u ser tibqa’ tinshaq fuqhom sakemm tinstab soluzzjoni accettabbli ghal kulhadd.

    Fid-dawl ta’ dan huwa ingust li l-partiti kollha jitqiesu l-istess. Il-PN ghaffeg. L-MLP ghalaq halqu u ghatta ghajnejh u l-AN ilablab fil-vojt ma jafx fuqxiex qieghed jitkellem.

    L-Alternattiva Demokratika izda kienet konsistenti u dejjem poggiet l-interessi tar-residenti l-ewwel.

    CCacopardo

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s