Sant Antnin – Problema ta’ Kulhadd

Skart

L-impjant ta’ riciklagg tal-iskart f’SantAntnin Marsaskala ser jibda jopera f’dawn il-jiem.

Il-mod kif sar il-process fil-MEPA biex inhargu l-permessi juri d-difetti kollha tal-MEPA fl-aghar taghhom. X’jiswa’ li tisma’ lin-nies biex imbaghad ma taghtix kaz ta’ dak li jghidu?

Permezz ta’ l-awtoritajiet, il-Gvern irrombla minn fuq ir-residenti w irnexxielu ghal darba ohra jdawwar mizura li potenzjalment setghet taghmel il-gid f’wahda negattiva u diviziva. Principalment saru tlett zbalji :

L-ewwel : ma gewx meqjusa bis-serjeta’ siti alternattivi. Il-MEPA ippruvat tghaddi n-nies biz-zmien meta ghazlet siti zghar hafna bhala alternattivi ghal Sant Antnin, li ovvjament ma kienux meqjusa tajbin. Imbaghad approvat l-ghazla tas-sit ta’ Marsaskala f’laqgha li saret fil-maghluq !

It-tieni : min ikkordina l-istudju dwar l-impatt ambjentali kien maghzul mill-izviluppatur (f’dan il-kaz il-Gvern) u ovvjament ixaqleb lejn min fl-ahhar ser ihallas il-kont ghas-servizzi tieghu.

It-tielet : ma jidhirx li saru studji dwar l-impatt tal-hidma ta’ l-impjant fuq sahhet ir-residenti.

Dawn m’humiex problemi biss ghar-residenti ta’ Marsaskala u l-inhawi ta’ madwarhom ghax fis-snin li gejjin iridu jsiru ta’ l-inqas zewg impjanti ohra f’Malta u Ghawdex. Dak li gara f’Marsaskala jista’ jsehh ukoll f’lokalitajiet ohra jekk ma ssehhx bidla fil-mod kif jitmexxa dan il-pajjiz.

Din hi wahda mir-ragunijiet ghax huwa necessarju li l-Alternattiva tkun fil-Parlament.

L-Alternattiva qed tipproponi diversi mizuri fosthom :

1) li l-MEPA tinqasam f’awtorita’ dwar l-ippjanar u ohra dwar il-harsien tal-ambjent. B’hekk jonqsu l-possibiltajiet ta’ decizjonijiet li jinjoraw lin-nies;

2) li r-residenti jkunu jistghu kemm direttament jew permezz tal-Kunsill Lokali taghhom jitolbu li jsir referendum lokali biex jesprimu l-fehma taghhom dwar progetti kbar; u l-fehma taghhom torbot;

3) li jsir immedjatament l-istudju dwar l-impatt ta’ l-operat ta’ l-impjant fuq sahhet in-nies u fuq il-konkluzjonijiet tieghu isiru t-tibdiliet mehtiega.

B’hekk mhux biss jissolvew il-problemi li holoq l-impjant ta’ riciklagg ta’ l-iskart f’Marsaskala izda fuq kollox ma jinholqux l-istess problemi f’lokalitajiet ohra.