Tag Archives: PN

ILLUM : nuqqas ta’ spazju ?

illum

Fil-gazzetta Illum, ippubblikata illum il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2013 ippubblikat kummenti għal mistoqsijiet li staqsiet lil diversi persuni dwar Joseph Muscat u Simon Busuttil.

Il-mistoqsijiet kienu dawn:

  1. Kif tħares lejn l-ewwel 50 jum ta’ Joseph Muscat?
  2. X’taħseb fuq l-għażla ta’ Simon Busuttil?

Jiena ġejt mitlub il-kummenti tiegħi li tajthom imma ma ġewx ippubblikati kif ippreżentajthom jiena.

Ma nafx jekk hux minħabba nuqqas ta’ spazju.

For the record il-kummenti tiegħi huma dawk riprodotti hawn taħt. Il-parti bl-aħmar tħalliet barra mill-pubblikazzjoni:

Dwar l-għażla ta’ Simon Busuttil bħala Kap tal-PN:

“Huwa biss iż-żmien li jagħtina parir dwar jekk l-elezzjoni ta’ Dr Simon Busuttil bħala Kap tal-PN iġibx bidla, kif ukoll x’tip ta’ bidla, fil-PN. Il-bidliet fil-PN għadhom għaddejjin u mhux magħruf x’ser tkun il-forma finali tagħhom.

Alternattiva Demokratika m’hiex ser toqgħod tispekula dwar x’jista’ jiġri.”

Dwar l-ewwel ħamsin jum tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat :

Fl-ewwel ħamsin jum il-Gvern ta’ Muscat għadu qiegħed jipprova jaġixxi ta’ Gvern, diversi drabi aġixxa ta’ partit politiku. F’ ta’ l-inqas erba’ sitwazzjonijiet aġixxa b’mod diviżiv meta kellu soluzzjonijiet alternattivi li long term kienu jagħtuh riżultati aħjar.

L-ewwel: il-grad ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeri jeżisti biex jassigura kontinwita’ b’mod partikolari meta jkun hemm bidla tal-Gvern. It-tneħħija tal-parti l-kbira tas-Segretarji Permanenti kien żball fl-ewwel ġranet tal-Gvern li seta ġie evitat. Il-parti l-kbira minnhom kienu ser jispiċċaw xorta matul it-18-il xahar li ġejjin, bl-eta. Li stenna ftit kienu jinbidlu xorta bil-kwiet probabilment fi żmien sena.

It-tieni : id-diskors li l-Gvern ħejja għall-President tar-Repubblika kien wieħed partiġġjan u ma għamel l-ebda ġid lill-kariga.

It-tielet: inevitabilment f’dawn il-ħamsin ġurnata saru ħafna ħatriet. Kien hemm diversi minnhom li kienu ta’ natura partiġjana, fl-istess stil tal-gvernijiet immexxija mill-PN.

Ir-raba’: il-ħatra ta’ Franco Debono bħala koordinatur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali kienet waħda diviżiva. Tali ħatra kella issir b’konsultazzjoni mas-socjeta ċivili.

Fost il-miżuri posittivi tal-Gvern hemm il-bidu tal-implementazzjoni tal-proposti elettorali dwar id-drittijiet tal-persuni LGBT  kif ukoll il-ftehim dwar il-kawża fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minn Joanne Cassar liema ftehim ser iwassal għat-dritt ta’ persuna transgender li tiżżewweġ.  AD giet mistiedna u aċċettat li tipparteċipa fil-Kumitat Konsultattiv li qed iħejji l-proposti konkreti għad-drittijiet tal-persuni LGBT. Ġew nominati u diġa qed jieħdu sehem Angele Deguara u Collette Farrugia Bennett biex jirrapprezentaw lill-AD.

Fost il-miżuri negattivi hemm l-inkoraġġiment tal-kaċċa fir-rebbiegħa  u issa jidher li l-Gvern qed jikkunsidra li jesperimenta ukoll bl-insib minkejja li din hu pprojibit mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll skada il-perjodu transitorju stabilit mit-trattat ta’ adezjoni.

Il-bogħod jew viċin?

PN imxaqqaq

Qalulna li dawk li issa bdew imexxu l-PN jixtiequh jerġa’ jsir Partit tan-Nies.  Dawk ta’ madwar Simon jgħidu li jixtiequ li l-PN “jerġa’ jsir Partit tan-Nies”. Stqarrija bħal din imma twassal għal numru ta’ mistoqsijiet :

1)      Mela allura issa ġie aċċettat li għal xi żmien il-PN ma kienx partit tan-nies?

2)      Meta kien dan?  Meta waqaf il-PN milli jkun partit tan-nies?

3)      X’kienet ir-raġuni li l–PN ma baqax partit tan-nies?

4)      Min kien il-kawża li l-PN ma baqax partit tan-nies?

5)      Min kien, jew min kienu, dak jew dawk li mexxew il-quddiem l-idea biex il-PN għal xi żmien ma jibqax il-partit tan-nies?

Għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hemm tweġiba ċara li turi kif il-PN tul is-snin injora l-egħruq tiegħu. Dawk li bl-azzjonijiet tagħhom wasslu lill-PN sa din il-posizzjoni jew għadhom mas-saqajn inkella huma rappreżentati minn persuna jew persuni oħra.

Allura, wara dan kollu l-konklużjoni loġika toħroġ waħeda. Il-bidla tal-Kap tal-PN tista’ ma taghmilx differenza jekk dawk kollha li wasslu lill-PN fil-posizzjoni li hu illum ma jwarrbux.

Il-fatt li dan kollu ma jseħħx kif ukoll ma jidhirx li ser iseħħ fil-futur qrib ifisser li ta’ l-inqas għalissa l-PN ser jibqa’ kif inhu: partit il-bogħod min-nies.

Bil-paroli jingħadu ħafna affarijiet. Fl-aħħar il-fatti jgħoddu!

Il-Ministri u l-Kodiċi ta’ Etika tagħhom

code-in-ethics

Nitbissem meta nisma’ il-PN jitkellem dwar il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u d-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat dwar Franco Mercieca.

Nifhem li mhux deċiżjoni faċli la għal Joseph Muscat u l-anqas għal Franco Mercieca. Hi deċiżjoni li għal perjodu ta’ transizzjoni tista’ tkun ġustifikata imma b’mod permanenti ma naħsibx li tkun korretta.

Il-kritika tal-PN dwar il-mod kif qed ikun “injorat” il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri kont neħodha bis-serjeta’ li kieku l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi applika dan il-Kodiċi sewwa. Per eżempju għalfejn Lawrence Gonzi ma sab l-ebda diffikulta li jħalli lil Tonio Fenech dakinnhar Ministru isiefer biex jara logħba tal-Arsenal fuq jet privat (bla ħlas) ma’ nies tal-business meta skond il-Kodiċi tal-Etika dan ma setax iseħħ?

Waqt il-kampanja elettorali kienu qalulna li Tonio Fenech kien skuża ruħu u li l-każ kien magħluq.

Din is-serjeta’ tal-PN!

Alternattiva Demokratika: ħarsa l-quddiem

May 2011. divorce referendum result

Ir-riżenja ta’ Michael Briguglio hi issa aħbar pubblika. Kif jiġri dejjem, bħala Viċi Chairman ta’ Alternattiva Demokratika jiena issa qiegħed naġixxi ta’ Chairman minn floku. Fil-prattika dan ifisser il-koordinazzjoni neċessarja biex tissejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-ġimgħat li ġejjin meta l-membri ta’ AD naħtru team ġdid biex imexxi l-Partit.

Wara ftit iktar minn ħames snin involut b’mod attiv f’Alternattiva Demokratika jiena naħseb li qed joqrob iż-żmien biex nieqaf u nagħmel il-wisa’ għal persuni oħrajn ta’ eta iżgħar li bl-enerġija u l-ideat tagħhom jistgħu jkomplu jibnu fuq dak li hi Alternattiva Demokratika illum. Jekk ma jkunx din is-sena jkun is-sena li ġejja u dan dejjem jekk it-team il-ġdid ikollu bżonn l-għajnuna tiegħi.

Fi ħsiebni nibqa’ attiv ta’ l-anqas sal-Laqgħa Ġenerali Annwali naqdi dmiri lejn il-membri li eleġġewni kif ukoll lejn il-5,506 votant li għoġobhom jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika bħala l-ewwel preferenza tagħhom fl-elezzjoni ġenerali. Dan hu obbligu li naqdieh bil-qalb.

Kienu ħames snin ta’ ħidma kbira li fihom ħdimt ma’ tlett Chairmen differenti: Harry Vassallo, Arnold Cassola u matul dawn l-aħħar tlett snin u nofs ma Michael Briguglio. Kull wieħed minnhom ta’ l-kontribut tiegħu għall-bini ta’ Alternattiva Demokratika biex hi dak li hi illum. Ma kull wieħed minnhom ħadt pjaċir naħdem għax kull wieħed minnhom kien dedikat.

Il-ħidma politika mhiex faċli. Tirrikjedi sagrifiċċji li nagħmlu lkoll kemm aħna. Sagrifiċċji li nagħmluhom għax nemmnu li l-ħin dedikat għall-politika huwa investiment fit-titjib tal-pajjiż. Hi ħidma li permezz tagħha nagħtu kontribut biex il-ħajja ta’ madwarna tkun aħjar.

Il-ħajja madwarna tkun ħafna aħjar jekk nagħrfu nirrispettaw iktar lil xulxin: jekk ma nħallux il-preġudizzji li kull wieħed minna ġemma’ matul ħajtu itappnu l-mod kif inħarsu lejn dawk ta’ madwarna. Li inkunu kapaċi ngħidu dak li naħsbu huwa importanti. Imma huwa daqstant ieħor importanti li nkunu kapaċi nisimgħu dak li jrid jgħid ħaddieħor.

Li ninkuraġixxu d-diskussjoni miftuħa hu tajjeb. Imma fil-partiti politiċi b’mod partikolari hu importanti li dawk li jħaddnu ideat minoritarji ma jħossuhomx emarġinati.

Ilni kważi 40 sena attiv fil-politika l-parti l-kbira minnhom fil-Partit Nazzjonalista u kelli l-opportunita li nosserva li f’kull wieħed mill-partiti politiċi jinqalgħu ċirkustanzi li bħala riżultat tagħhom partit jagħmel għadu tiegħu minn dawk li jikkritikawh. Xi kultant minflok ma wieħed japprezza lil min kapaċi joħodha kontra l-kurrent u jlissen il-fehma tiegħu l-partiti politiċi għandhom ħabta li lil dawn jagħmluhom egħdewwa. Din iċ-ċirkustanza  hi riżultat li għadna ma fehmniex biżżejjed li l-partiti politiċi f’dan il-pajjiż huma wieħed mill-ftit postijiet fejn l-ideat jitħabbtu flimkien. L-enerġija li tirriżulta meta jitħabbtu flimkien dawn l-ideat tista’ tkun enerġija pożittiva imma sfortunatament għandna nuqqas ta’ persuni li kapaċi japprezzaw kif din l-enerġija pożittiva tingħaraf u kif tista’ tkun użata.

Sfortunatament din hi d-diżgrazzja ewlenija tal-politika Maltija. Flok nikkompetu b’mod pożittiv naħlu wisq enerġija fin-negattivita u fis-suspetti. Ir-riżultat hu li qed naħlu ħafna talenti.

L-awgurju tiegħi hu li nitgħallmu iktar. Li nagħrfu iktar dak li hemm pożittiv f’kull wieħed minnha. M’huwiex faċli. Imma naħseb li hu possibli.

Spekulazzjoni dwar Alternattiva Demokratika

 May 2011. divorce referendum result

Hi normali li fejn l-informazzjoni tkun ftit nieqsa l-media tispekula dwar x’jista’ jkun qiegħed jiġri. Dan tagħmlu biex twassal ritratt tas-sitwazzjoni kif tkun qed tarah hi dak il-ħin.

Hekk qed tagħmel parti mill-media dal-għodu dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika.

Fit-Torċa hemm artiklu interessanti ta’ Mark Camilleri intitolat Il-bidla u ċ-ċaqlieq ideoloġiku. Hu analiżi tas-sitwazzjoni attwali kif ukoll tal-mixja ta’ Alternattiva Demokratika tul dawn l-aħħar ħames snin. Ir-riflessjonijiet tiegħu huma validi u xejn ma jdejquni. Jistimulaw id-diskussjoni.

Hemm imbagħad artiklu fil-Malta Today intitolat Briguglio decapitates himself after internal criticism. Dan l-artiklu m’huwiex iffirmat. Jieħu spunti selettivi minn diskussjoni interna f’Alternattiva Demokratika u jibni storja fuq dan. L-inċens ma jonqosx. Jikkonkludi li d-deċiżjoni ta’ Michael Briguglio li jwarrab tidher mgħaġġla.

M’għandix dubju li l-awtur ta’ dan l-artiklu jifhem li partit politiku li fih m’hemmx diskussjoni ħajja (u jekk meħtieġ ukoll imqanqla) jkun partit mejjet. Id-dibattitu intern hu pre-rekwizit essenzjali għall-ħidma politika. Fortunatament f’Alternattiva Demokratika matul dawn il-ħames snin kien hemm diskussjoni ħajja u kontinwa.

Hemm imbagħad fil-Malta Today ukoll il-kumment ta’ Salvu Balzan fil-paġna tiegħu. Kumment dwari li donnu pprogrammat li jidher fil-Malta Today kull darba li jkun hemm il-kariga ta’ Chairman ta’ Alternattiva Demokratika battala. Għal darba oħra Salvu jibbottja li jekk jiena nieħu t-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika wara Michael Briguglio dan ikun diżastru madornali.

Hemm imbagħad kumment fil-paġna 7 tal-gazzetta l-Illum iffirmata mill-korrispondent li jiddeskrivi lilu innifsu bħala Il-poodle. Dawn l-osservazzjonijiet huma deskritti b’dan il-mod “Ġabra ta’ osservazzjonijiet bażati fuq il-veritajiet li qatt ma joħorġu għax hekk iridu”.

Mela Il-poodle jgħid ukoll li jiena irrid immexxi l-Ħodor. Jagħti ukoll ftit tal-kulur. Jgħid li fl-1996 meta kont għadni attiv fil-PN kont mort għand Austin Gatt flimkien ma George Pullicino u tlabtu (lill-Austin Gatt) biex jirreżenja.

Issa li kieku fl-1996 tlabt lil Austin Gatt biex jirreżenja ma kontx ser nistħi ngħid li għamilt hekk. Imma sfortunatament dan m’għamiltux.

Dwar it-tmexxija ta’ Alternattiva Demokratika naħseb li f’dan l-istadju ħadd għadu ma jaf xejn għax ħlief għal Michael Briguglio jidher li ħadd għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni. Naħseb li jkun għaqli iżda li jkun hemm ħafna demm ġdid.

Id-dilemma tal-Professur Edward Scicluna

scicluna + muscat

Waqt il-kampanja elettorali l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista spiss ftaħru li l-finanzi tal-pajjiż kienu fis-sod. Kellhom ċertifikat, qalulna, mill-Unjoni Ewropeja li l-iżbilanċ finanzjarju kien taħt kontroll skond ir-regoli tal-EU (Il-Patt tat-Tkabbir u Stabilita’). B’ċertifikat li l-żbilanċ finanzjarju kien taħt it-3%, kienu repetutament jgħidulna, l-pajjiż kien finanzjarjament qabad it-triq it-tajba.

It-tweġiba ta’ Alternattiva Demorkatika dejjem kienet li aħna konna nieħdu pjaċir kieku l-finanzi tal-pajjiż kienu amministrati sewwa. Imma kollox kien jindika li l-affarijiet kienu differenti milli kienu qed jgħidu l-kelliema tal-Gvern: iċ-ċifri finanzjarja għal Diċembru 2012 kienu għadhom mhux pubblikati. Kollox kien jindika li meta dawn iċ-ċifri jkunu ippubblikati l-żbilanċ ser jerġa’ jisplodi.

Rapport  dal-għodu fl-Independent on Sunday jagħtina raġuna.

F’artiklu fl-ewwel paġna intitolat : Figures show 2012 public deficit redlining at 5.4% of GDP hu ċar li s-sena 2012 kienet sena oħra disżastruża għall-amministrazzjonji finanzjarja tal-pajjiż.

Waħda mill-kionsegwenzi loġiċi ta’ din l-aħbar hi li kienet irresponsabbilta’ għal Partit Nazzjonalista (li kellu iktar minn ħjiel ta’ din l-aħbar) li jwiegħed tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. Alternattiva Demokratika biss qalitu dan waqt il-kampanja elettorali. Għax il-Partit Laburista ukoll ma kellux il-kuraġġ li jiffaċċa ir-realta.

U xi ngħidu għall-ħafna wegħdiet elettorali li jiswew flejjes kbar? Minn fejn ġejjin il-flus? Id-deficit li reġa’ kiber (fil-fatt kważi irdoppja) jfisser li mhux tnaqqis ta’ taxxi ser ikollna! Jew żieda ta’ taxxi inkella tnaqqis fl-infieq!

Issa?

X’ser jagħmel il-Professur Edward Scicluna l-Ministru tal-Finanzi?

Għandu l-kuraġġ jgħid li kemm il-PN kif ukoll il-PL għaddew lill-votanti biż-żmien?

Bla flus …………. la tgħannaq u l-anqas tbus

Bank of Vassallo

L-aħbar tat-Times dal-għodu li l-Partit Nazzjonalista m’huwiex f’posizzjoni li jħallas il-pagi tal-impjegati tiegħu m’hiex aħbar tajba.

M’huwiex ċar eżattament x’ġara minħabba li Pawlu Borg Olivier, Segretarju Ġenerali tal-PN, ma weġibx il-mistoqsijiet tal-ġurnalista tat-Times billi dak li ntalab tqies bħala kummerċjalment sensittiv!

Niftakru imma li fi Frar 2013 kien hemm l-aħbar li Żaren Vassallo silef kwart ta’ miljun euro (€250,000) lill-PN. Dakinnhar kienu qalulna li dan kien arranġament kummerċjali proviżorju. Is-self kienu qalulna ser jitħallas!

Dan kollu jerġa’ jiftaħ beraħ id-diskussjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Il-Bank of Vassallo ċertament li m’huwiex  is-soluzzjoni. Huwa importanti li s-saħħa tal-flus ma tibqax tkun ċentrali fil-politika. Għax dak li fil-fatt ilu jiġri għal numru kbir ta’ snin (mhux biss f’Malta).  Hemm bżonn li tkun megħluba r-resistenza li l-PN kellu għal trasparenza fil-finanzjament tal-politka. Għal xi żmien anke’ l-Partit Laburista kellu din ir-resistenza, sakemm hu ukoll beda jiffaċċja d-diffikultajiet.

Alternattiva Demokratika fil-programm elettorali tal-aħħar elezzjoni kienet ċara, kif kienet f’kull elezzjoni ġenerali.

Il-posizzjoni illum suppost li hi committment min-naħa tal-Partit Laburista li waħda mill-ewwel liġijiet li ser jitressqu fil-Parlament li ser jiltaqa’ bħal-lum ġimgħa ser tkun dik dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Nistennew u naraw.

PN : iż-żerriegħa tat-telfa

seeds

It-telfa elettorali tal-PN nhar id-9 ta’ Marzu ma ġietx f’daqqa. Ilha hemm. Is-sinjali ilhom jidhru għal min ried jarahom.

Dawn is-sinjali ġew injorati sforz l-arroganza li matul dawn l-aħħar snin kienet il-mutur ewlieni tat-tmexxija tal-PN.

F’Marzu 2008 l-PN ingħata warning meta rebaħ l-elezzjoni bi sbrixx: bi ftit inqas minn 1600. Dak il-warning il-PN ma tax każ tiegħi. Minflok ma daħal f’qoxortu l-PN immexxi minn Lawrence Gonzi żied id-doża tal-arroganza tiegħu.

F’Marzu 2008 l-PN seta jibda l-proċess biex jitnaddaf. Biex isewwi l-ħsara. Iżda minflok baqa’ għaddej bħal bulldowzer minn fuq kulħadd.

Jiena irreżenjajt mill-PN f’Jannar 2008. M’għandi l-ebda dispjaċir. Dakinnhar  u fil-ġimghat ta’ wara l-PN seta janalizza x’ġara u kieku ried kellu l-għodda biex isib ir-rimedji. Mhux bil-paroli iżda bil-fatti. Billi jwarrab l-arroganza. Minflok iżda, żied id-doża.

Minflok flimkien kollox possibli l-PN għażel triq oħra. Triq li jqis lil kull min ried inaddaf u jsewwi bħala għadu.  Mill-mument li għażel dik it-triq it-tkaxkira kienet inevitabbli.

Bidla li tħalli kollox l-istess

Francobollo_Tomasi_di_Lampedusa_2007

Hi loġika li l-ewwel teżamina bir-reqqa l-andament tal-elezzjoni ġenerali u wara li tali eżami jkun konkluż ikun hemm diskussjoni. Fid-diskussjoni, jekk issir bis-serjeta’, jkunu identifikati mhux biss l-iżbalji imma ukoll min kien responsabbli għalihom.

Jekk il-PN kapaċi jagħraf l-iżbalji li għamel kif ukoll min kien responsabbli għalihom ikun imbagħad f’posizzjoni li jagħżel lil min imexxih fis-snin li ġejjin. Għażla li jekk issir sewwa twarrab mhux biss lil min għamel l-iżbalji iżda ukoll lil dawk kollha li ma kienux kapaċi jaqdu dmirhom u flok ma fetħu ħalqhom ippreferew jinċensaw.

Imma fil-PN mhux hekk isiru l-affarijiet.  L-ewwel ser jagħżlu l-Kap il-ġdid. Wara jiddiskutu rapport li janalizza l-elezzjoni.

Verament li aktar ma l-affarijiet jinbidlu, iktar huwa ċar li jibqgħu l-istess.

A loan for the Nationalist Party

PN. arma imkisra

It is normal for a commercial company to take up a loan from a commercial bank for the purposes of its  activities.

But is a commercial company owned by a political party “a normal commercial operation”?  In my opinion it is not.

Hence the declaration that business tycoon Nazzareno Vassallo has loaned the sum of €250,000 to a media company belonging to the PN is bad news. It is an additional exercise in the financing of a major political party in Malta by a major player in local business activity.

The terms and conditons of the loan have not been disclosed.

The very existence of this loan proves, if any proof was needed, of how close the Nationalist Party is to the major players in the construction industry.

The Prime Minister and Leader of the Nationalist Party has assured one and all that this did not give rise to any sort of obligation of the Nationalist Party towards Mr Vassallo and his companies. This loan will be paid he said, and very shortly.

I do not know whether and how the loan will be paid. What I know is that public confirmation of this loan has sealed the view of many that business and politics are too close for comfort.

It was known by all that Dr Lawrence Gonzi and his PN have done a great disservice to politics in Malta by promising legislation on regulating the financing of political parties and not keeping to his word. The approval of this loan explains clearly what the Leader of the PN really thinks on the regulation of the financing of political parties.

Alternattiva Demokratika in Parliament after the March 9 elections will be submitting proposals for legislation to ensure that the finances of political parties are transparent and regulated by law.

PN and the PL Members of Parliament, in the outgoing legislature, had for their consideration a Private Member’s Bill on regulating the financing of political parties. They ignored it.

Alternattiva Demokratika will improve that draft and present it for discussion in the new Parliament.

originally published in di-ve.com on Friday March 1, 2013