Fil-Parlament bħalissa għaddej il-proċess ta’ RCC. L-eċċellenza tiegħu hu l-ambaxxatur ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea.
Fil-waqt li hemm ħafna x’tikkritika fl-imġieba ta’ RCC, prinċipalment li jippretendi li hu superjuri u li jħares lejn kulħadd qiesu dubbien, naħseb li l-kritika tal-Opposizzjoni hi żbaljata.
Anke jekk għas-saħħa tal-argument wieħed kellu jaċċetta li RCC ta’ parir li l-Gvern jaqbeż il-Parlament huwa u jimplimenta l-politika tiegħu dwar il-Partnership for Peace il-kritika għandha tkun indirizzata lejn Lawrence Gonzi bħala Kap tal-Gvern u mhux lejn biċċa ambaxxatur. Għax l-ambaxxatur, kemm jekk biċċa kif ukoll jekk sħiħ qiegħed hemm biex jimplimenta dak li jiddeċiedi l-Gvern. Issa jista’ jkun li Richard jippretendi li minbarra li hu biċċa ambaxxatur hu ukoll biċċa Prim Ministru. Jista’ jkun li f’xi kuritur ftaħar li hu kien wara l-idea kollha tal-PfP. Imma jibqa’ l-fatt li d-deċiżjoni ma jeħodiex hu. Għax hu kulma hu biċċa ambaxxatur.
Sfortunatament għal RCC id-deċiżjoni li ser tittieħed tiddependi biss minn dak li ser jagħmel il-biċċa deputat Franco Debono.


Mela hawn Malta ghandna bicciet biss. Naqbel. Tispjega l-inefficenzi u korruzjoni li ninsabu fihom.
RCC ilu mat-tmien snin ipappiha. Mill-vicin ra l-U.E. taqbad it-triq tan-nizla. Niskanta kif ma ghamel xejn meta ra t-tahwid u l-maltemp finanzjarjau fl-Irlanda, il-Grecja, Spanja….
Niskanta meta nara li ma ghamel xejn meta kien hemm l-iskandlu tal-Fondi Edukattivi li l-U.E. waqqfet lil pajjizna ghal bosta xhur….
U imbaghad jiftahar u jghid li hu dejjen hadem ghal Malta.
Paroli si imma fatti no. Hatra politika biss.
Bil-haqq, x’sar minnha l-Whistleblower Act sur Prim Ministru?
Noqoghodu attenti sinjuri !
RCC ilhu mat-tmien snin ipappiha ? Ma naqbilx. RCC ra l-mewt ma wiccu ! Dam ghal-diversi minuti b’sikkina mdahhla gewwa fih.
Ejja nirrispettaw lil xulxin aktar bi kliemna.
Bicca ambaxxatur, bicca prim ministru, bicca deputat ?
Iva kulhadd huwa bicca…….bicca minn jigsaw puzzle kbira jisimha Malta.
Kull darba li xi bicca…..tintilef, tittebba’, titqatta, jew tisparixxi, il-jigsaw puzzle titlef ftit aktar mill valur taghha.
Sur Mangion,
imissek tirrelizza li l-jigsaw puzzle ma hi kbira xejn: zghira daqs belt fi Sqallija.