Il-Kap tal-Opposizzjoni illum żar il-fabbrika tal-Coca Cola fil-Marsa. Fabbrika li minnha l-kumpanija General Soft Drinks Co Limited tipproduċi diversi minerali.
Skond kif rappurtat fit-Times online Joseph Muscat ma qal xejn interessanti ħlief li l-Kumpanija hi immexxija minn mara u li l-Kumpanija għandha ideat interessanti fuq il-konservazzjoni tal-ilma! It-Times ma tgħidx li dawn l-ideat interessanti huma l-użu tal-boreholes!
Il-Malta Today online min-naħa l-oħra tagħtina iktar informazzjoni dwar x’ġara waqt iż-żjara ta’ Joseph Muscat.
L-uffiċjali tal-Kumpanija jidher li qed jilmentaw fuq il-metering tal-boreholes. Muscat irid jikkuntenthom għax qallhom li “dik m’hiex l-unika soluzzjoni”.
Jidher li Muscat għadu ma fehem xejn dwar l-ilma. Ejja ngħiduha bi kliem sempliċi : l-ilma tal-pjan spiċċa. Ftit baqa’ u l-ftit li baqa’ jeħtieġ li jkun użat għall-ħtiġijiet tax-xorb tal-Maltin u mhux għall-business.
Tajba din. Aħna nħallsu kontijiet tal-ilma m’għola s-sema u kumpaniji bħall-General Soft Drinks Co. Limited itellgħu l-ilma tal-pjan bla ħlas jew bi ftit ħlas. Mela l-Coca f’Malta hi sussidjata mill-kontijiet tal-ilma li jħallsu l-Maltin!
Ħasra li għad m’hawnx liġi li tirregola l-finanzjament tal-Partiti Politiċi għax kieku konna nkunu nafu min jagħti donazzjonijiet!
Meta imbagħad naraw il-laxkezza f’oqsma bħall-ilma forsi nkunu nistgħu nifhmu l-affarijiet ħafna aħjar.
ara ukoll fuq dan il-blog il-post tas-16 ta’ Settembru 2011 intitolat : L-Ilma tal-Coca Cola.


Perit, jien naqbel mija fil-mija ma’ dak li inti ktibt f’dan l-artiklu.
Jiena zgur li qatt aktar ma ser nivvota lill-Partit ta’ Gonzi – bhal ma sfortunatament kont naghmel snin ilu.
Abbuza WISQ u BL-IKRAH minn flus il-poplu ghal skopijiet partiggjani. L-ewwel ghalaq halq l-ex-Ministri billi tahom Lm20000 meta ma regghax ghamilhom Ministri. PRECEDENT U ABBUZ ANTI-KOSTITUZZJONALI SERJU!
Irnexxielu jaghlaq halq il-backbenchers tieghu billi tahom e10,000 zieda mit-kaxxa ta’ Malta bhala hlas ghal ‘part-time work’ fil-Ministeri.
U ta lilu nnifsu u l-Kabinett rieqed u inefficenti tieghu zieda ta’ e500 fil-gimgha – bla ma qal lil hadd!
Oxxenita grassa ohra, dnub kardinali ta’ Dr. Gonzi & Co.
Sadanittant halla l-Qrati Maltin u l-Isptar principali gungla fejn il-poplu qieghed ta’ kuljum ibati.
Pero, jekk Joseph Muscat mhux ser jiddikjara car u tond li jekk jitla’ fil-gvern ma jhalliex l-isfruttament ta’ l-ilma tan-nazzjon minn spekulaturi tax-xarbiet minerali; jekk ma jiddikjarax li mhux ser ihalli tkompli r-rovina ta’ l-ibhra Maltin minhabba t-tniggiz kagunat mill-”fish farms” ta’ l-ispekulaturi, allura veru li hawn Malta m’hawnx politikanti serji imma biss pulcinelli li jpoggu l-interess tal-partit qabel dak tan-Nazzjon.
Hemmhekk il-P.L, u Joseph Muscat jistghu jghidu ‘bye bye’ lill-vot tieghi ukoll.
Mr.Grech,
Ghalhekk ghandek tivvota AD:)