Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ dan l-avviż.
AVVIŻ LILL-PUBBLIKU DWAR APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP
Il-pubbliku huwa mgħarraf li l-laqgħat fil-pubbliku tal-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u tal-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp huma kollha sospiżi sakemm joħroġ avviż ieħor. Dan jgħodd ukoll għas-seduti tal-Bord dwar l-Appelli dwar l-Ippjanar. Dan ifisser li, sakemm jinħareġ avviż ieħor, ma huma se jittieħdu l-ebda deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal żvilupp.
Dr Godwin Grima
Segretarju Permanenti Ewlieni
DOI – 12.03.2008
Dan l-avviż ma jispjegax għaliex.
Il-pubbliku kien jixraqlu ftit iktar informazzjoni minn hekk.
Fil-fatt L-Orizzont tal-lum ħasbet hekk ukoll. Il-gażżetti l-oħra ma ġiethomx il-kurżita’ dwar x’ġara. L-Orizzont f’artiklu ta’ Charmaine Craus intitolat Sospiżi l-Bordijiet kollha tal-MEPA tirrapporta li skond il-prattika normali dawn il-Bordijiet kollha issottomettew ir-riżenja tagħhom. Jidher li r-riżenja ġiet aċċettata.


True there seems to be no furthur information. but this only shows that the PN administration is following through its proposals.
This simply shows that they didnt get anything prepared for the restructuring and left it to the last minute. They are simply avoiding any claims by AD and MLP that theirs were unkept promises.
They should be attacked on the covert actions being taken after a weeks or so time where a plan should be ready by then.